Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113880
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorMulvaney, Susan-
dc.date.accessioned2023-10-12T12:55:23Z-
dc.date.available2023-10-12T12:55:23Z-
dc.date.issuedn.d.-
dc.identifier.citationMulvaney, S. (n.d.), It-tbajja'. Malta: Pubblikazzjoni RTKen_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/113880-
dc.description.abstractFost il~ħafna mistoqsijiet li jsiruli, kemm meta nkun qiegħda nippreżenta l-programm "Bejnietna" fuq l-RTK kif ukoll wara li jintemm il-programm, huwa dwar it-tindif, id-dar, it-tbajja', it-tisjir. Għalhekk ħsibt li niġbor f'dan il-ktejjeb uħud minn dawn id-diffikultajiet u nittama li min jaqrahom isibhom ta użu. Matul il-karriera tiegħi ltqajt ma' individwi li huma verament iffittati fid-dar, saħansitra jaħslu z-zkuk tal-pjanti li għandhom u oħrajn li jgħidulek li ma jaħsbuhiex darbtejn biex igeddsu t-trab taħt it-tapit. La se ngħaddi ġudizzju fuq l-ewwel grupp u lanqas fuq it-tieni. Irridu nammettu li ħafna minna għandna wisq impenji biex nistgħu nżommu d-dar nadifa perfettàment sakemm ma nimpjegawx lil xi ħaddieħor biex jagħmel dan. Iżda bejn dik li taħsel iz-zkuk u dik li trekken it-trab hemm it-triq tan-nofs. Jekk fuq kollox it-tnejn iħossuhom kuntenti u sodisfatti ħadd ma jista' jiġġudikahom. Il-famuża triq· tan-nofs: Ftit tagħrif essenzjali dwar x'tuża u kif tużaha biex tnaddaf l-oġġett u ma tagħmillux ħsara. Verament fis-suq insibu varjetà li ma tispiċċa qatt ta' prodotti li jnaddfu u jneħħu t-tbajja'. Mill-banda l-oħra fid-dar insibu varjeta ta' kimika li tista' tgħinna nsibu t-triq tan-nofs. Biex insemmi ftit minnhom: il-pitrolju, l-ammonja, spirtu abjad l-acetone u t-terpentina. Li rrridu hu li nkunu nafu kif nużawhom. F'dan il-ktejjeb ġbart flimkien it-tagħrif li tintieġ biex tneħħi t-tbajja'. Importanti li tkuri taftajjeb liema prodo\ti jeħtieġ li jkollok fid-dar biex tista' tneħħi tebgħa malajr kemm jista' jkun u tkun taf ukoll dwar tbajja' komuni u kif jistgnu jitneħħew·. Tajt ukoll tagħrif dwar kif tieħu ħsieb il-ħwejjeġ u spjegazzjoni tas-simboli li nsibu fuq tikketti ta' ħwejjeġ li jinxtraw lesti. Isiru fejn isiru, it-tbajja' dejjem huma problema u għalhekk f'dan il-ktejjeb issib tagħrif dwar kif tista' tneħħihom minnfuq uċuħ differenti.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherPubblikazzjoni RTKen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectCleaning -- Equipment and suppliesen_GB
dc.subjectSpotting (Cleaning)en_GB
dc.subjectHousekeeping -- Maltaen_GB
dc.titleIt-tbajja'en_GB
dc.typebooken_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedpeer-revieweden_GB
Appears in Collections:Melitensia works - ERCTecHE

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
It-tbajja.pdf
  Restricted Access
5.87 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.