Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/12692
Title: Tassew senduq maġiku? : analiżi tal-lezzjoni tal-qari mis-sensiela ‘Senduq’ fl-ewwel tliet snin tal-iskola primarja
Authors: Farrugia, Christiana
Keywords: Reading (Primary) -- Malta
Maltese language -- Study and teaching (Primary) -- Malta
Maltese language -- Textbooks
Issue Date: 2015
Abstract: Dan l-istudju analizza l-lezzjonijiet tal-qari bil-Malti bl-użu tal-kotba mis-sensiela Senduq f’għadd ta’ klassijiet differenti fl-ewwel tliet snin tal-Primarja. Permezz ta’ intervisti, osservazzjonijiet u kwestjonarji li saru lil għalliema tal-ewwel tliet snin tal-iskola Primarja, stajt niddokumenta t-tħejjija tal-lezzjoni tal-qari; l-għadd ta’ lezzjonijiet tal-qari fil-ġimgħa; l-istrateġiji u r-riżorsi użati waqt il-lezzjoni. B’hekk stħarriġt kemm tassew hu maġiku dan is-Senduq. F’dan l-istudju rriżulta li l-lezzjoni tal-qari mhux dejjem tingħata daqshekk importanza, għalkemm l-għalliema jaqblu li hi siewja daqs lezzjonijiet oħra. L-għalliema jispiċċaw jaħdmu f’sitwazzjonijiet li jillimitawhom milli jagħmlu l-lezzjoni tal-qari skont ma jkun ippjanat. Il-kotba mis-sensiela Senduq jidhru li huma attraenti bħala dehra u preżentazzjoni, iżda jirriżulta li hemm xi tħassib dwar kemm dawn il-kotba jgħinu lill-għalliema jilħqu l-għanijiet tagħhom u jirrelataw mas-sillabu. Din id-dissertazzjoni tagħlaq b’numru ta’ suġġerimenti bl-iskop li l-lezzjoni tal-qari bl-użu ta’ din is-sensiela, titjieb.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/12692
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
15BED104.pdf
  Restricted Access
3.26 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.