Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13324
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-24T09:20:11Z-
dc.date.available2016-10-24T09:20:11Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13324-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-għan tat-teżi tiegħi hu li nanalizza l-Malti mħaddem fit-traduzzjonijiet ta’ Wzzino u ta’ Naudi. Fl-istadju bikri tar-riċerka tiegħi sibt li saru iktar studji fuq Wzzino milli fuq Naudi, u għalhekk fil-każ ta’ Wzzino pprovajt nagħti kontribut ġdid kemm jista’ jkun. Dan għamiltu, fost l-oħrajn, billi qabbilt il-lessiku tal-katekiżmu ma’ xi prietki tal-epoka, bl-għan li niskopri kemm Wzzino ħaddem il-Malti tal-predikaturi fil-kitba tiegħu. Fl-istudju tiegħi tat-traduzzjoni ta’ Naudi analizzajt xi aspetti lingwistiċi tat-traduzzjoni tiegħu, iżda għażilt ukoll li nqabblu mat-traduzzjonijiet ta’ Vassalli, biex niddetermina kemm kienet qawwija l-influwenza ta’ Vassalli fuqu. Wara li lestejt dan it-tqabbil ħassejt li l-pass naturali li kien imiss kien li nqabbel lil Naudi ma’ Wzzino u mal-predikaturi tal-epoka, biex għal darb’oħra nipprova niddetermina jekk l-istil tal-kitba ta’ Naudi kienx stil magħruf mal- Maltin permezz tal-kleru Kattoliku. Jien u nanalizza t-test ta’ Naudi ltqajt ma’ numru ta’ kliem sabiħ u interessanti, li ħassejt li kelli niġbru biex inżiduh mad-dizzjunarju storiku. Għal din ir-raġuni inkludejt lista ta’ dan il-kliem. It-teżi hi maqsuma f’żewġ kapitli prinċipali. Fl-ewwel kapitlu se nkun qed nanalizza l-ewwel edizzjoni tat-traduzzjoni tat-Taġhlim Nisrani ta’ Wzzino. Fil-bidu tiegħu se nagħti xi tagħrif kemm dwar l-awtur, kif ukoll dwar l-istorja tal-ewwel katekiżmu miktub bil-Malti. Fittaqsima ta’ wara nidħol iktar fil-fond tal-pubblikazzjoni. Għalkemm se nkun qed nistudja l-lingwa mħaddma minn Wzzino, l-iktar element tal-lingwa li se niffoka fuqu hu l-element Rumanz u kemm il-kliem ta’ nisel barrani integra fil-Malti. Fl-aħħar taqsima tal-ewwel kapitlu se nippreżenta l-paragun li għamilt bejn il-katekiżmu ta’ Wzzino u l-prietki ta’ Ignazio Saverio Mifsud. Għażilt dawn il-prietki minħabba li Mifsud kien predikatur prominenti dak iż-żmien u waslilna għadd kbir tal-prietki tiegħu minn żmien Wzzino. It-tieni kapitlu jittratta t-traduzzjoni ta’ Cleardo Naudi tat-Taᶇlim Nysrani. Minħabba li dan kien l-ewwel katekiżmu Protestant li nkiteb bil-Malti ħassejt li kelli nagħti xi tagħrif dwar iċ- Church Missionary Society u x-xogħol li din is-soċjetà għamlet f’Malta. Minbarra dan, se nagħti xi informazzjoni bijografika ta’ Naudi u nikkummenta dwar xi xogħlijiet tiegħu. F’dan il-kapitlu se nistudja l-influwenza ta’ Vassalli fuq il-kitba ta’ Naudi, billi nipprova noħroġ ix-xebh u d-differenzi bejn iż-żewġ awturi. Fit-taqsima ta’ wara se nippreżenta l-kontribut tiegħi għad-dizzjunarju storiku, u dan se jiġi segwit minn analiżi ta’ aspetti lingwistiċi, fosthom elementi morfoloġiċi u fonoloġiċi. L-aħħar taqsima tikkonsisti f’paragun bejn il-lessiku magħżul minn Naudi u l-għażla lessikali tal-katekiżmu ta’ Wzzino u tal-prietki ta’ Mifsud.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Lexicologyen_GB
dc.subjectCatholic Church -- Catechisms -- Maltese -- 18th centuryen_GB
dc.subjectCatholic Church -- Catechisms -- Maltese -- 19th centuryen_GB
dc.titleStudju tal-Malti mħaddem fl-eqdem żewġ katekiżmi : it-‘Taġhlim Nisrani’ ta’ Francesco Wzzino (1752) u t-‘Taᶇlim Nysrani’ ta’ Cleardo Naudi (1829)en_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCatania, Michela-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL008.pdf
  Restricted Access
1.58 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.