Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13328
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-24T09:22:01Z
dc.date.available2016-10-24T09:22:01Z
dc.date.issued2016
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13328
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDan l-istudju fih erba’ kapitli. Fl-ewwel kapitlu ħarist lejn dak li nkiteb dwar ix-xogħol ta’ Azzopardi minn studjużi bħal Oliver Friggieri. Billi l-kummenti koprew firxa wiesgħa ta' temi, f'dan il-kapitlu ffukajt fuq dak li nkiteb dwar ir-reliġjon u l-imħabba fix-xogħol ta' Azzopardi u ħarist lejn il-poeżiji li għandhom x’jaqsmu ma’ dawn it-temi. It-tieni kapitlu jittratta r-relazzjoni problematika tal-imħabba li jitkellem fuqha lpoeta fil-ktieb Tabernakli. L-imħabba li jitkellem fuqha Azzopardi f’dawn il-poeżiji hi waħda li tispiċċa, qalbha maqtugħa u dejjem b’xi ostaklu, għalhekk tista’ tgħid kull poeżija setgħet tidħol f’dan il-kapitlu. Għalhekk kelli nagħżel poeżija minn oħra. Kull poeżija taqbad sitwazzjoni u problema differenti, u għalhekk għażilt li niffoka fuq ilpunt tal-komunikazzjoni. Bil-vuċi ambigwa tiegħu l-poeta juri li jkun hemm waqtiet meta hu u l-figura femminili jsibuha bi tqila jikkomunikaw bejniethom. Għall-poeta lkomunikazzjoni f’relazzjoni tal-imħabba hi importanti u esperjenzaha bħala problema diversi drabi. Problema bħalma hi l-komunikazzjoni toħloq inkwiet li xi drabi filpoeżija jwassal għat-tmiem u jġib miegħu n-niket. Dal-kaptilu għalhekk ma jitkellimx biss fuq il-problemi li jġibu t-tmiem imma wkoll leffetti li dan it-tmiem iħalli; huwa niket li eventwalment iwassal għas-solitudni u lpoeta jiddedika sensiela ta’ poeżiji biex jiddeskrivi in-niket li kellu meta spiċċa waħdu. Dawn huma esperjenzi u sentimenti li l-poeti jagħti x’jifhem li anke l-figura femminili tħoss. Fl-aħħar parti tal-kapitlu niġbor flimkien poeżiji li jagħtu ħjiel ta’ x’inhuma ssentimenti li l-mara tħoss meta jasal it-tmiem tal-imħabba. It-tielet kapitlu jittratta l-assoċjazzjoni tal-mewt ta’ ħajja mal-mewt tar-relazzjoni ta’ mħabba. Ir-relazzjoni ta’ mħabba għal Azzopardi hi importanti daqs il-ħajja. F’waqtiet jitkellem fuq il-mewt biex juri t-tmiem ta’ relazzjoni li wasal jew li daqt jasal, inkella juża konnotazzjonijiet mal-mewt biex juri s-sentimenti ta’ niket. Fl-istess kapitlu hemm riferiment għal Alla, għall-mod kif ir-reliġjon tagħmel parti fundamentali millimħabba li Azzopardi jemmen fiha. Fl-istess ħin hemm drabi meta jdur lejn Alla għax ma jkollux għażla oħra u waqtiet meta joħodha kontrih. F’Tabernakli Azzopardi jieħu l-irwol ta’ poeta soċjopolitiku, imma r-reliġjon għandha sehem ewlieni wkoll, qabelxejn fit-titlu fit-titlu nnifsu tal-ġabra. Però billi l-istudju tiegħi hu dwar limħabba, dan il-kapitlu jħares lejn poeżiji li fihom l-ispiritwalità hi assoċjata malimħabba, imħabba sagra li ma tittrattax biss il-pjaċir tal-ġisem. Ir-raba’ kapitlu jibda billi permezz ta’ poeżija partikolari “Mugħanni,” li huwa wkoll lisem ta' taqsima tal-ktieb, jipprova jagħti definizzjoni tal-imħabba għal Azzopardi u tal-qawwa li din għandha fuq l-individwu. Il-bqija tal-kapitlu jittratta konnotazzjonijiet u referenzi għal elementi li b’xi mod għandhom rabta sesswali, elementi li Azzopardi jħobb juża iżda mhux dejjem fil-kuntest ta' interpretazzjonijiet sesswali. Is-sess Azzopardi jarah bħala ħtieġa fir-relazzjoni tal-imħabba iżda li jaf ukoll iwassal għattmiem tagħha.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectAzzopardi, Mario, 1944- . -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 20th centuryen_GB
dc.subjectReligion and poetry -- Maltaen_GB
dc.subjectLove poetry, Malteseen_GB
dc.titleIl-vuċi ambigwa fil-poeżija ta’ mħabba ta’ Mario Azzopardien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGalea, Maria
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL014.pdf
  Restricted Access
1.07 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.