Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13436
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-26T07:22:36Z-
dc.date.available2016-10-26T07:22:36Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13436-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractF’din it-teżi se jiġu rrappreżentati wħud mill-perspettivi attwali ta’ teledramm storiku Malti mtella’ fis-sena 1989. Wirt b’kitba ta’ Lino Farrugia f’dan l-istudju se jiġi analizzat tematikament mill-perspettivi kollha li jsawru teledramm, b’attenzjoni partikolari fuq l-impatt storiku li joħroġ minnu għaliex l-ambjentazzjoni tal-ġrajja tintrabat mal-elementi storiċi tan-nazzjon sabiex tiġi rrappreżentata parti mill-istorja ta’ Malta. Dan id-dramm huwa wieħed differenti minn teledrammi oħra għaliex waqt li wħud mit-teledrammi jagħżlu li jirrappreżentaw storja fittizja, Wirt għalkemm il-ġrajja u l-karattri huma lkoll dawk fittizji, fih innifsu jirrappreżenta parti mill-identità storika tagħna. Raġuni għaliex għażilt dan it-teledramm bħala parti mill-istudji tiegħi hija għaliex nemmen li dan id-dramm ħalla warajh impatt kulturali qawwi għaliex dak li nsegwu fuq it-televixin jinfluwenza kemm il-mentalità kif ukoll il-moralità tagħna. Wara li tidħol fl-ispirtu tas-sitt episodji tat-teledramm tibda tħossok parti mill-istorja u bla ma trid tibda tapprezza iktar l-istorja ta’ Malta u tħossok bil-wisq kburi li inti ċittadin Malti. Il-ġrajja hija ambjentata fil-perjodu ta’ meta l-ħaddiema bdew jiġġieldu għall-identità u l-ħelsien tal-pajjiż u għalhekk fik innifsek jibda jitlissen sens qawwi ta’ patrijottiżmu. Il-mod ta’ ħajja li kienu jgħixu l-karattri; kemm is-sinjuri u anke l-fqar, il-valuri tas-soċjetà Maltija, il-ħakma kolonjali, il-politika u l-indipendenza jgħinuk tapprezza dejjem iktar dak li missirijietna kienu jemmnu fih. Għalhekk permezz ta’ dan id-dramm l-udjenza setgħet tifhem xi jfisser li tkun ċittadin patrijott ta’ pajjiżek. Wirt kien teledramm kulturali segwit u ġie ddefenit bħala ‘‘L-avveniment televiżiv Malti tas-sena’’ fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju ta’ Malta Indipendenti. Ħassejt għalhekk li l-istudju fuq dan it-teledramm huwa wieħed bżonnjuż għaliex fiha nnifisha, l-ambjentazzjoni tal-ġrajja tirrifletti t-tibdil li kien qiegħed iseħħ fil-kultura u fis-soċjetà lokali.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectTelevision plays, Malteseen_GB
dc.subjectHistorical drama, Malteseen_GB
dc.subjectPatriotic plays, Maltaen_GB
dc.titleWirt (1989) : ħarsa tematika, stilistika u kuntestwali ta’ dan id-dramm storikuen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGalea, Silvio-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL015.pdf
  Restricted Access
728.55 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.