Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/13438
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2016-10-26T07:24:32Z-
dc.date.available2016-10-26T07:24:32Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/13438-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractFl-ewwel kapitlu ta’ din it-teżina l-fokus ħa jkun fuq ix-xogħol li nkiteb u li ġie studjat marbut ma’ aspetti li ġew trattati f’dan l-istudju. Ser jiffoka fuq studju dijakroniku qasir li jħares lejn id-dokumenti qodma, dokumenti li jistgħu jagħtu informazzjoni dwar it-tniffis tal-ostruwenti f’tarf il-kliem Malti, fuq l-ostruwenti u l-fonazzjoni, fuq il-lingwi f’kuntatt u fuq l-addattament tal-kliem. Fit-tieni kapitlu ser jiġi ppreżentat il-metodu ta’ riċerka li ntuża biex permezz tiegħu jsir stħarriġ fuq l-ostruwenti f’tarf il-kliem mill-Ingliż u kif iġibu ruħhom għal tmien parteċipanti f’erba’ kuntesti differenti. Il-kliem ser ikun mistħarreġ f’kuntest fejn jokkorri mingħajr ħoss warajh, (/___#), kuntest fejn warajh ikun hemm ostruwenti oħra (/___z/) u (/___s/) u kuntest fejn wara l-ostruwent ikun hemm vokali (/___ɔː/). Il-kuntesti tal-ostruwent fit-tarf u tal-ostruwent segwit minn vokali għandhom l-għan li jikxfu l-fonazzjoni tal-ostruwent f’tarf il-kliem. Mill-banda l-oħra, il-kuntesti bl-ostruwenti fin-nofs għandhom l-għan jikxfu tendenzi marbuta mal-assimilazzjoni, fejn l-ostruwenti fejn xulxin jaffettwaw lil xulxin. Ser ikun hemm għadd ta’ kliem Malti li ser jaqdi l-funzjoni ta’ kliem aljenatorju. Fit-tielet kapitlu ser jiġu ppreżentati r-riżultati u l-analiżi f’tabelli u fi grafiċi tat-tlieta u tletin kelma fl-erba’ kuntesti għat-tmien parteċipanti. Fir-raba’ kapitlu dawn ir-riżultati ser ikunu diskussi. Apparti dan, ser jiġu mistħarrġa wkoll il-kliem fiż-żewġ kuntesti importanti (/___#) u (/___ɔː/) b’rabta mal-fonazzjoni li għandhom tendenza li jokkorru biha. Dan il-kliem ser ikun imqabbel ma’ żewġ kelmiet mill-kliem aljenatorju mistħarrġa. F’dan ir-raba’ kapitlu ser ikun hemm ukoll tqabbil ma’ xi kummenti li kienu msemmija fl-ewwel kapitlu u wkoll ma’ karatteristiċi extralingwistiċi u soċjolingwistiċi tal-parteċipanti, informazzjoni miksuba mill-kwestjonarju lingwistiku (ara Appendiċi 7). Fl-għeluq tal-istudju ser jiġu ppreżentanti r-riżultati konklussivi li nħarġu bl-analiżi (Kapitlu 3) u li ġew trattati fid-diskussjoni (Kapitlu 4) bħala rikapitulazzjoni tax-xogħol. Ser ikunu msemmija wkoll xi limitazzjonijiet li kellu dan ix-xogħol, bi sforz biex studju ieħor jevitahom. Finalment, ser ikunu ssuġġeriti oqsma oħra li jistgħu jkunu mistħarrġa għal aktar żvilupp u għarfien f’dan il-qasam lingwistiku.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Phoneticsen_GB
dc.subjectMaltese language -- Foreign words and phrasesen_GB
dc.subjectMaltese language -- Orthography and spellingen_GB
dc.titleL-ostruwent f’tarf kliem Malti missellef mill-Ingliżen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSammut, Eman-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2016
Dissertations - FacArtMal - 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
16BAMAL022.pdf
  Restricted Access
22.55 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.