Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/23517
Title: Lejn tnissil ta’ nazzjon : it-twemmin socjo-politiku ta’ Manwel Dimech
Authors: Frendo, Henry
Keywords: Malta -- History -- British occupation, 1800-1964
Politicians -- Malta -- Biography
Issue Date: 1971
Publisher: Edizzjoni Klabb Kotba Maltin
Citation: Frendo, H. (1971). Lejn tnissil ta’ nazzjon : it-twemmin socjo-politiku ta’ Manwel Dimech. Malta: Edizzjoni Klabb Kotba Maltin.
Abstract: Aktarx li Manwel Dimech huwa l-iżjed figura politika kontroversjali fl-istorja Maltija ta' dan is-seklu. F'moħħ ħafna huwa ttimbrat b'tebgħa mill-iżjed kerha li tixbaħ marka magħmula b'ħadida tikwi fuq ġisem l-ilsir. F'moħħ il-ftit huwa mixgħul bis-seħer, tal-ġenju u tal-patrijottiżmu, b'għemil li jqawwi r-rieda u l-qlub u b'setgħa tremenda fil-kelma, fil-kitba u fil-ħsieb. Stigma fuq naħa u kariżma fuq l-oħra. Għall-istudjużi ta' ġrajjiet artna l-għażiża, huwa bħal ċappa dlam, iswed iżjed mil-lejl, għaliex ħadd qatt ma nteressa ruħu li jistudjah la bħala ħassieb politiku u soċjali, la bħala grammatikarju u lingwista, la bħala prożatur u poeta, u lanqas bħala bniedem b'ħajja mimlija avventuri, bħala figura storika oriġinali u ewlenija. Huwa faċli biex lil Dimech tistmerru; bħal ma għamlu l-klikek l-iżjed setgħana Maltin, u dan il-għaliex ħaqqaqha ma' l-awtorita`, ikkritika l-istabbiliment soċjo-politiku-reliġjuż, bla heda, diskors twil tul ħajtu kollha, bla biża', b'fehma soda iżjed mill-blat, bla ħabi. Dimech fi tfulitu kien agħar mix-xejn, f'żgħożitu kien ħabsi. Ħa ż-żmien biex sar imma darba kien iddeċieda, għalkemm għomru għaddieh bil-ġuħ u spiċċah f'art il-ġemel u r-ramel, kien għażel iż-żerriegħa t-tajba, infetaħ, kiber u sar bnin bħal-frotta fir-rebbiegħa. Huwa faċli biex lil Dimech tifhmu ħażin; bħal ma għamlu wħud minn sħabu, u dan għaliex l-idejat tiegħu kienu anti-tradizzjonali, ġodda, rivoluzzjonarji, differenti minn tas-soltu, minn dawk li l-Maltin kienu mdorrijin bihom, u mdorrijin jaċċettaw dak li jkunu mdorrijin bih. Huwa faċli wkoll, forsi, biex lil Dimech tgħaddih b'fanatiku, b'miġnun jew nofs ras. Imma l-fanatiċi kienu dawk kollha li jew ma kkalkolawhx jew ippruvaw jeqirduh għaliex, jekk tqis il-ġrajjiet sewwa, issib li ħadd daqs Dimech ma kien kontra l-fanatiżmu u l-ġenn; issib li Dimech, bid-difetti kollha tiegħu, jistħoqqlu apprezzament u importanza li qatt ma ngħatatlu minn missirijietna.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/23517
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis
Scholarly Works - InsMS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Lejn tnissil ta nazzjon_Manwel Dimech.pdf8.18 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.