Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/23517
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorFrendo, Henry
dc.date.accessioned2017-11-07T13:56:17Z
dc.date.available2017-11-07T13:56:17Z
dc.date.issued1971
dc.identifier.citationFrendo, H. (1971). Lejn tnissil ta’ nazzjon : it-twemmin socjo-politiku ta’ Manwel Dimech. Malta: Edizzjoni Klabb Kotba Maltin.en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/23517
dc.description.abstractAktarx li Manwel Dimech huwa l-iżjed figura politika kontroversjali fl-istorja Maltija ta' dan is-seklu. F'moħħ ħafna huwa ttimbrat b'tebgħa mill-iżjed kerha li tixbaħ marka magħmula b'ħadida tikwi fuq ġisem l-ilsir. F'moħħ il-ftit huwa mixgħul bis-seħer, tal-ġenju u tal-patrijottiżmu, b'għemil li jqawwi r-rieda u l-qlub u b'setgħa tremenda fil-kelma, fil-kitba u fil-ħsieb. Stigma fuq naħa u kariżma fuq l-oħra. Għall-istudjużi ta' ġrajjiet artna l-għażiża, huwa bħal ċappa dlam, iswed iżjed mil-lejl, għaliex ħadd qatt ma nteressa ruħu li jistudjah la bħala ħassieb politiku u soċjali, la bħala grammatikarju u lingwista, la bħala prożatur u poeta, u lanqas bħala bniedem b'ħajja mimlija avventuri, bħala figura storika oriġinali u ewlenija. Huwa faċli biex lil Dimech tistmerru; bħal ma għamlu l-klikek l-iżjed setgħana Maltin, u dan il-għaliex ħaqqaqha ma' l-awtorita`, ikkritika l-istabbiliment soċjo-politiku-reliġjuż, bla heda, diskors twil tul ħajtu kollha, bla biża', b'fehma soda iżjed mill-blat, bla ħabi. Dimech fi tfulitu kien agħar mix-xejn, f'żgħożitu kien ħabsi. Ħa ż-żmien biex sar imma darba kien iddeċieda, għalkemm għomru għaddieh bil-ġuħ u spiċċah f'art il-ġemel u r-ramel, kien għażel iż-żerriegħa t-tajba, infetaħ, kiber u sar bnin bħal-frotta fir-rebbiegħa. Huwa faċli biex lil Dimech tifhmu ħażin; bħal ma għamlu wħud minn sħabu, u dan għaliex l-idejat tiegħu kienu anti-tradizzjonali, ġodda, rivoluzzjonarji, differenti minn tas-soltu, minn dawk li l-Maltin kienu mdorrijin bihom, u mdorrijin jaċċettaw dak li jkunu mdorrijin bih. Huwa faċli wkoll, forsi, biex lil Dimech tgħaddih b'fanatiku, b'miġnun jew nofs ras. Imma l-fanatiċi kienu dawk kollha li jew ma kkalkolawhx jew ippruvaw jeqirduh għaliex, jekk tqis il-ġrajjiet sewwa, issib li ħadd daqs Dimech ma kien kontra l-fanatiżmu u l-ġenn; issib li Dimech, bid-difetti kollha tiegħu, jistħoqqlu apprezzament u importanza li qatt ma ngħatatlu minn missirijietna.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherEdizzjoni Klabb Kotba Maltinen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectMalta -- History -- British occupation, 1800-1964en_GB
dc.subjectPoliticians -- Malta -- Biographyen_GB
dc.titleLejn tnissil ta’ nazzjon : it-twemmin socjo-politiku ta’ Manwel Dimechen_GB
dc.typebooken_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedpeer-revieweden_GB
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis
Scholarly Works - InsMS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Lejn tnissil ta nazzjon_Manwel Dimech.pdf8.18 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.