Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/28607
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorFrendo, Henry
dc.date.accessioned2018-04-02T10:19:13Z
dc.date.available2018-04-02T10:19:13Z
dc.date.issued1990
dc.identifier.citationFrendo, H. (1990). Introduzzjoni : messaggi mill-imghoddi. In H. Frendo (Ed.), Lejn gvern responsabbli 1905-1921 (pp. ix-xiv). Pieta: Pubblikazzjonijiet Indipendenza.en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/28607
dc.descriptionPublished in English as Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese Experienceen_GB
dc.description.abstractDan il-ktieb hu essenzjalment it-tieni parti tat-teżi dottorali li ppreżentajt f'Oxford fl-1976 dwar "The Formation of Maltese PoIitical Parties", li kienet tiġbor fiha mhux biss ir-riċerka li għamilt fit-tlett snin li domt nistudja hemm iżda wkoll dawk ta' qabel li aspetti minnhom kienu xxandru diġa f'kitbiet oħra bikrija tiegħi bħal dawk dwar is-Sette Giugno u Manwel Dimech fil-bidu tas-snin sebgħin. (Fis-sustanza tagħha din dehret fl-oriġinal bI-Ingliż fil-volum sħiħ maħruġ minn Midsea fl-1979 intitolat Party Politics in a Fortress Colony: The Maltese Experience, b'introduzzjoni tal Professur Dennis Austin, li issa hu aut of print). L-ewwel parti tagħha, b'introduzzjoni u xi adatazzjonijlet, ħarġet bħala Ir-Rieda għall-Ħelsien, 1880-1905. (Akkademja għall-Iżvilupp ta' Ambjent Demokratiku, 1980). Ix-xogħoI ta' traduzzjoni kien sar minn Sylvana Cristina, gradwata bl-unuri fl-Istorja mill-Universita ta' Malta u, wara producer magħrufa fuq l-istazzjon taxxandir TVM, mnejn telqet fl-1988 għal kariga eżekuttiva f'kamp ieħor. (F'dik il-ħabta jien kont diġa' ħallejt il-gżira, u mort Ginevra naħdem ma' aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti li tgħin li rrifuġjati). It-traduzzjoni ta' din it-tieni parti tax-xogħol saret minn Charles Dalli, student ta' l-Istorja fl-Universita ta' Malta u membru tal-Għaqda tal-Malti (Universita) li issa reġgħettwaqqfet. Hi traduzzjoni kapaċi u fidila li taqra tajjeb, u li tikteb il-kelma kif tinħass meta din tkun stranjiera u tirrendi ruħha għal trattament fonetiku. Madankollu id-Dalli m'hijiex waħda purista u hu stess iddeskriva l-posiżjoni lingwistika tiegħu miegħi bħala 'FriggieIjana', jiġifieri taċċetta kliem Maltin ta' kull nisel u tħaddimhom skond kif titlob lingwa ħajja u għammiela, ċioe mingħajr il-fisazzjoni antika dwar mnejn ġiet kelma jew oħra li tista' tintuża b'sinifikat preċiż. Id-direzzjoni fil-parti tat-teżi li għandna quddiemna hawn, kif jindika diġa isem il-ktieb "Lejn Gvern Responsabbli", teħodna mill-eqqel tal-kolonjaliżmu Ingliż fil-bidu ta' dan is-seklu, meta l-kostituzzjoni ta' "gvern rappreżentattiv" miksuba mill-Partito Nazionale kapitanat minn Fortunato Mizzi fl-1887, titneħħa fl-1903. Mit-tneħħija tal-kostituzzjoni fl-1903 sal-kisba ta' kostituzzjoni aħjar fl-1921, wara moviment diffiċli u kultant mifrud ta' reżistenza, hu perijodu ta' frustrazzjoni, ta' ripressjoni, ta' dilemma. Il-mistoqsija ċentrali - u forsi anki familjari għalina l-lum - hi: x'tagħmel meta int, oppożizzjoni li temmen li tirrappreżenta lill-maġġoranza, ma taċċettax il-leġittimita tal-gvern li int fl-istess ħin trid tinfluwenza u tbiddel? Dilemma kattiva. Biex tkompli, fil-bidu ta' dan is-seklu imutu ż-żewġ mexxejja l-iktar prominenti li kienu taw ħajja lill-bipartitiżmu Malti, Fortunat Mizzi fl-1905, l-iktar wieħed importanti mit-tnejn, u Sigismondo Savona, fl-1908 - li kienet propIju l-ħatra tiegħu bħala Rettur anglofil ta' l-Universita u Direttur ta' l-Edukazzjoni fl-1880 li pprovokat moviment ta' rizentiment u ta' reżistenza intemament diviżiva bħal qatt qabel.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.publisherPubblikazzjonijiet Indipendenzaen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectPolitical parties -- Maltaen_GB
dc.subjectMalta -- History -- British occupation, 1800-1964en_GB
dc.subjectPartit Nazzjonalista (Malta) -- History -- 20th centuryen_GB
dc.titleIntroduzzjoni : messaggi mill-imghoddien_GB
dc.title.alternativeLejn gvern responsabbli 1905-1921en_GB
dc.typebookParten_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedpeer-revieweden_GB
Appears in Collections:Lejn gvern responsabbli, 1905-1921
Scholarly Works - InsMS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Messaġġi_mill-Imgħoddi_1990.pdf511.48 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.