Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29242
Title: Il-Perit Duminku Mintoff u l-Immakulata (1916-2012)
Other Titles: Duminku Mintoff bejn storja u miti, gabra ta’ kitbiet
Authors: Mercieca, Simon
Keywords: Prime ministers -- 20th century -- Biography -- Malta
Politicians -- 20th century -- Biography -- Malta
Mintoff, Dom, 1916-2012
Issue Date: 2013
Publisher: Horizons
Citation: Mercieca, S. (2013). Il-Perit Duminku Mintoff u l-Immakulata (1916-2012). In S. Grech (Ed.), Duminku Mintoff bejn storja u miti, ġabra ta’ kitbiet (pp. 59-78). Qormi: Horizons..
Abstract: Duminku Mintoff twieled Bormla nhar is-6 ta’ Awwissu 1916 u ġie mgħammed l-għada ġewwa s-Santwarju tal-Immakulata. Għammdu l-Viċi Parroku Borg u ġie mogħti l-ismijiet ta’ Duminku, Konċettu, Giovanni u Ġużeppi. Il-parrinijiet kienu n-nanniet materni tiegħu, iġifieri Giovanni Maria Farrugia u l-mara tiegħu Marianna. L-att jgħarrafna li kien bin Frederiku Mintoff li kien jiġi t-tifel ta’ Danjeli. Ommu kienet Konċetta Farrugia, bint Giovanni Maria. L-att tal-magħmudija jiddeskrivi lil parrinijiet bħala “de hac civitate” iġifieri li t-tnejn kienu minn Bormla. Biss kif spjegali ħu Duminku, Patri Dijonisju, in-nanniet materni ma kinux it-tnejn minn Bormla. Fil-verità nanntu Marianna, imwielda Burlò, kienet mill-Isla. Iżda għall-Viċi Kurat ta’ dak iż-żmien, kull min ġustament kien imur jgħix f’Bormla kien iqisu bħala Bormliż jew Bormliża. Interessanti l-fatt li t-tifel ta’ ħu Marianna, iġifieri Manweli, ma kien ħadd għajr il-futur arċipriet tal-Isla, Dun Ġwann Carlo Burlò.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29242
ISBN: 9789995738174
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-Perit_Duminku_Mintoff_u_l-Immakulata_2013.pdf471.59 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.