Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29307
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.contributor.authorMercieca, Simon-
dc.date.accessioned2018-04-18T08:10:31Z-
dc.date.available2018-04-18T08:10:31Z-
dc.date.issued2013-
dc.identifier.citationMercieca, S. (2013). Ħarsa ġenerali lejn l-istatwi proċessjonali Maltin bħala metafora politika : l- istatwa ta’ San Filep u l-purċissjonijiet religjuzi ġewwa Ħaż-Żebbuġ matul is-seklu dsatax. In P. Balzan, J. P. Borg & P. Sciortino (Eds.), Statva Argentea : Luigi Fontana’s silver statue of Saint Philip in Żebbuġ (pp. 173-210). Żebbuġ : Għaqda Każin Banda San Filep.en_GB
dc.identifier.isbn9789995705213-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29307-
dc.description.abstractFuq livell ikonografiku u artistiku, illum saret ħaġa anakronista li wieħed jagħmel statwi reliġjużi għall-purċissjonijiet, anki jekk f ’Malta, statwi reliġjużi litteralment għadhom moda u jsiru biex iżejnu t-toroq tal-ibliet u l-irħula tagħna matul il-festi patronali. Biss dawn l-istatwi ma għadx baqgħalhom messaġġ reliġjuż xi jwasslu. Saru kitsch u qed isiru biex jikkreaw l-ispirtu ta’ party tant assoċjat illum ma’ dawn il-manifestazzjonijiet li saru aktar spettakli kulturali milli laqgħat ta’ ġabra reliġjuża. Anki l-ispirtu reliġjuż li dawn l-istatwi riedu jwasslu ġie maħnuq mid-dinja materjalistika li llum aħna kollha qed ngħixu fiha. Il-kreazzjoni ta’ statwi proċessjonali ġodda ma għadhiex iġġib magħha dik l-awra ta’ devozzjoni jew ta’ dak li jissejjaħ ethos reliġjuż li żviluppa b’mod partikolari fl-epoka romantika u f ’Malta, bħal fid-dinja Kattolika kollha, saħħet l-idea li teżisti filosofija ta’ arti Kristjana lil hinn mill-kurrenti ġenerali tal-arti. Għalhekk għad-dinja reliġjuża ġiet kreata arti oħra li f ’din id-dinja bdiet tkun identifikata bħala sekolari u dawn il-ħsibijiet għadhom jiddominaw il-filosofija u t-teoloġija Kristjana sal-ġurnata tal-lum. Ma għandix dubju, li dawk il-puritani tas-soċjetà Maltija jaraw f ’dawn il-festi ta’ żmienna d-deterjorament ta’ dak kollu li hu reliġjuż u l-istatwi proċessjonali jieħdu punt importanti f ’din il-kritika, bħala immaġni li qed imorru saħansitra kontra l-ewwel kmandament bibliku. Dan it-timbru ġdid qed ikun ta’ dannu għall-istess Knisja Kattolika Maltija, għaliex dawk li jixtiequ jgħixu l-fidi Kristjana tagħhom qed jaraw f ’dawn il-manifestazzjonijiet paganiżmu u tradizzjoni aktar milli devozzjoni li twassal għall-iżvilupp spiritwali tal-bniedem sħiħ. Biss anki hawn, il-ħsieb romantiku li akkumpanja l-espansjoni mondjali tal-Protestantiżmu matul is-seklu dsatax infiltra u daħal f ’pajjiżna. lllum ninsabu fil-punt fejn anki l-partiti politiċi ewlenin qed jagħrfu interlokuturi ġodda għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi Maltin. Qabel kien il-kappillan. Illum saru l-baned bil-kumitati tagħhom. Għalhekk ir-rwol li qabel kellha l-Knisja f ’dawn il-festi nbidel għalkollox.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherGħaqda Każin Banda San Filepen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectFeast of St. Philip of Agira -- Malta -- Zebbugen_GB
dc.subjectFeasts, Religious -- Malta -- Historyen_GB
dc.subjectIdols and images -- Worshipen_GB
dc.subjectStatues -- Political aspectsen_GB
dc.titleHarsa generali lejn l-istatwi processjonali Maltin bhala metafora politika : l- istatwa ta’ San Filep u l-purcissjonijiet religjuzi gewwa Haz-Zebbug matul is-seklu dsataxen_GB
dc.title.alternativeStatva Argentea : Luigi Fontana’s Silver statue of Saint Philip in Zebbugen_GB
dc.typebookParten_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedpeer-revieweden_GB
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Harsa_lejn_l-istatwi_processjonali_Maltin_bhala_metafora_politika_2013.pdf5.11 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.