Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29775
Title: Il-kriżi ezistenzjali f’Dun Karm
Authors: Attard, Sarah
Keywords: Karm, Dun, 1871-1961 -- Criticism and interpretation
Existentialism in literature
Christianity and existentialism
Issue Date: 2017
Abstract: Is-suġġett tal-Eżistenzjaliżmu huwa aktarx partikolari minħabba r-riżultati opposti li jistgħu joħorġu minn kriżi eżistenzjali li bniedem jista’ jgħaddi minnha f’xi fażi ta’ ħajtu. Wara l-orruri tal-Ewwel Gwerra Dinjija, it-tema tal-kriżi eżistenzjali bdiet issir mhux biss tema ċentrali fil-letteratura iżda saret saħansitra il-motivazzjoni wara wħud mill-aqwa xogħlijiet letterarji Maltin. Għalkemm Dun Karm huwa magħruf laktar bħala l-poeta tan-nazzjonalità Maltija, fih hemm ukoll ix-xejriet essenzjali talpoeta mnebbaħ bit-temi eżistenzjali kbar bħalma huma l-problema tal-feliċità u tattbatija. F’din it-teżina se nistħarreġ ir-relazzjoni li hemm f’Dun Karm bejn il-bniedem li jemmen f’Alla u l-bniedem li qiegħed ifittex it-tifsira tal-għajxien. Din it-tema mhix se tiġi analizzata fid-dawl ta’ Il-Jien u lil hinn Minnu biss, iżda fid-dawl ta’ kull xogħol letterarju tiegħu, kemm bit-Taljan u kemm bil-Malti. L-ewwel kapitlu ser jintroduċi lfilosofija tal-Eżistenzjaliżmu li huwa primarjament maqsum f’żewġ partijiet; l- Eżistenzjaliżmu Nisrani u l-Eżistenzjaliżmu lajk. Dan il-kapitlu jiffoka fuq il-ħsibijiet talakbar filosfi Eżistenzjalisti, fosthom Santu Wistin, Pascal, Leibniz, Kierkegaard, Sartre, u d-drammaturgu Beckett, b’referenzi għal uħud mix-xogħlijiet tal-poeta. Fit-tieni kapitlu se nippreżenta bijografija qasira tal-poeta u nużaha bħala lpunt tat-tluq għall-kriżi li sab ruħu fiha iktar tard f’ħajtu, bl-għan li jintgħarfu l-ġrajjiet personali li jistgħu jitqiesu bħala l-kawżi ewlenin tal-kriżi. Se nanalizza wkoll uħud mill-poeżiji bikrin bit-Taljan tal-poeta li għalkemm huma l-frott ta’ ruħ li hi pjuttost żagħżugħa, xorta waħda huma mgħobbijin bi ħsibijiet eżistenzjali. It-tielet kapitlu se jittratta l-parti tal-ħajja ta’ Dun Karm li x’aktarx kienet l-iżjed fażi diffiċli għalih. Hija lfażi ta’ bejn l-1912 u l-1938 li fiha l-poeta esperjenza b’mod sħiħ il-kriżi eżistenzjali li kull xogħol letterarju ta’ qabel kien dejjem miexi lejha. Għalhekk f’dan il-kapitlu ser jiġu mistħarrġa fid-dettall il-poeżiji li ġew immotivati mill-kriżi stess sabiex joħorġu lħsibijiet ċentrali tal-poeta, imbagħad ser nanalizza l-għażla lessikali tal-poeta f’dawn il-poeżiji, u nqabbilha fir-raba’ kapitlu mal-lingwaġġ użat fil-poeżiji ta’ wara l-1938, blgħan illi jingħata ħjiel dwar il-preżenza tal-kriżi fil-poeta. Għalkemm minn dawn ilpoeżiji joħroġ poeta li huwa mtaqqal bi ħsibijiet eżistenzjali, il-ħarsa aħħarija tiegħu fit-tiftixa għas-sens tal-ħajja hija dejjem lejn is-sema. Din it-tama fil-ħajja ta’ dejjem hija karatteristika tipika tal-poeti Romantiċi. Ir-raba’ kapitlu se jiffoka l-aktar fuq il-fażi poetika aħħarija ta’ Dun Karm bl-għan li tinkiseb il-konklużjoni dwar jekk il-poeta jirnexxilux jinħeles mill-kriżi, imħabbra sa minn kmieni fil-versi tiegħu, bit-Taljan u bil- Malti, li jinkludu wħud mid-dilemmi u mill-paradossi li l-esperjenza tiegħu bħala qarrej u traduttur ta’ Ugo Foscolo (1778-1827) imponiet fuqu sewwasew fil-perjodu l-iżjed produttiv tiegħu fis-snin tletin, għalhekk huma l-qofol.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29775
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL001.pdf
  Restricted Access
1.14 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.