Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29781
Title: L-ilma jasal Rahal Gdid
Authors: Mercieca, Simon
Keywords: Ittar, Stefano, 1724-1790?
Paola (Malta) -- Description and travel
Surveying -- Malta -- Paola
Water -- Distribution
Issue Date: 2015
Publisher: Soċjetá Filarmonika De Paule Banda Kristu Re, Paola
Citation: Mercieca, S. (2015). L-ilma jasal Raħal Ġdid. Festa Kristu Re 2016, Soċjetá Filarmonika De Paule Banda Kristu Re, Paola, 151-155.
Abstract: Meta kont qed nistudja għad-dottorat tiegħi ġewwa s-Sorbona f’Pariġi, kont immur nagħmel riċerka fil-Bibljoteka Nazzjonali li hemm f’din il-belt. Hemm sibt mappa tal-port il-kbir bl-inħawi ta’ madwar, xogħol ta’ arkitett minn Catania, Sebastiano Ittar. Minn kien dan Sebastiano Ittar? Sebastiano Ittar hu t-tifel ta’ arkitett ieħor Stefano Ittar (1740-1798). Għalina l-Maltin, huwa importanti għaliex kien ġie Malta ma’ missieru, Stefano, u ħadem mill- 1784 sa’ 1790 fuq il-bini tal-Bibljoteka Nazzjonali għall-Kavalieri ta’ San Ġwann. Wara l-mewt ta’ missieru mar ma’ ħuh Benedetto f’Ruma. Dam Ruma bejn 1790 u 1799. Meta Ruma ttieħdet mit-Truppi Franċiżi ta’ Napuljun Bonaparte, hu ta support lill- Repubblika Franċiża. Il-mappa tal-port li hu kien għamel meta kien Malta fi żmien l-Ordni ta’ San Ġwann narawha tkun elaborata. Mhux eskluż li hu kien ġie f’pajjiżna mat-truppi Franċiżi u ngħata l-inkarigu li jirrevedi din l-istess pjanta tal-port u l-inħawi ta’ madwar. Żgur li l-pjanta tieġħu kienet servit lil militar Franċiż fl-okkupazzjoni tal-gżira. Dak li hu importanti għalina hu li Sebastiano għamel survey map verament tajba, mimlija dettalji. F’din is-survey map ġie nkluż Raħal Ġdid. Mela din il-mappa kienet saret minn Sebastiano Ittar u kien ġie f’Raħal Ġdid ikejjel mal-assistenti tiegħu biex jibni mappa mimlija dettalji. B’hekk tana pjanta mprezzabbli ta’ Raħal Ġdid. Għamel xogħol metikoluż. Tana dettalji interessantissimi, saħanistra kien fidil lejn kif kienet imqassma l-art agrikola f’dik il-ħabta. Kull ħadma tal-art differenti kienet turi propjetarju differenti tal-art. Fi kliem ieħor għandna ritratt ta’ kif kien Raħal Ġdid lejn l-aħħar tas-seklu tmintax.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29781
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L-ilma_jasal_Raħal_Ġdid_2015.pdf399.46 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.