Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29787
Title: Il-bini tal-knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu u l-origini tal-isem Hamrun
Authors: Mercieca, Simon
Keywords: Parish Church of St. Cajetan (Ħamrun, Malta) -- History
Feasts, Religious -- Malta -- History
Feast of St. Cajetan -- Malta -- Ħamrun
Issue Date: 2013
Publisher: Ħamrun : Għaqda tal-Mużika San Gejtanu
Citation: Mercieca, S. (2013). Il-bini tal-knisja parrokkjali ta’ San Gejtanu u l-oriġini tal-isem Ħamrun. Ghaqda tal-Muzika San Gejtanu Hamrun, Festa 2013, 61-63.
Abstract: Fl-Arkivju tal-Kurja tal-Arcisqof gewwa l-Furjana insibu volum fis-sezzjoni msejha Atti Civili. L-isem ta' dan il-volum huwa Acta Civilia ab anno 1863 ad 1878 u li jgib in-numru 203. Ghan-nies tal-lum, dan id-dokument jidher bhala wiehed Ii fih hafna kliem superlattiv, miktub fl-istil u lingwa ta' kwazi mija u hamsin sena ilu . Dan kien I- istil ta' kif wiehed kien mistenni jikteb fi s-seklu dsatax f'korrispondenza bejn l-awtoritajiet. Biss, dan id-dokument juri bic-car, il-persuna Ii kienet qieghda tkun appuntata mill-isqof Gaetano Pace Forno biex thabrek favur il-bini tal-knisja tal-Hamrun kien il-qassis habbrieki. Dun Paolo Le Brun. Dan il-qassis kien persunagg importanti fid-djocesi Maltija. Originarjament kien mill-parrocca ta' San Pawl fil-Belt Valletta. Huwa kien parti mit-team, maghmul minnu bhala qassis u numru ta' tobba, Ii kien mar Scutari biex ikun ta' ghajnuna ghas-suldati Maltin Ii kienu qieghdin jitqabdu fiI-famuza gwerra tal-Krimea. Serva fl-istess sptar fejn kienet tkun isservi I-famuza Florence Nightingale u kellu konoxxenza personali taghha. Eventwalment lahaq kanonku tal-kattidral u fis-snin 1880- 882, kien responsabbli mill-amministrazzjoni tal-beni tal-knisja kattedrali ta ' Malta. Id-dokument jikkoncema decizjoni mehuda mill-isqof u din it-tip ta' azzjoni hija maghrufa fil-Iingwagg guridiku, bhala att civili, u ghalhekk gie registrat fl-atti mizmuma fil-Kurja taht din in-nomenklatura, jigifieri, I-Atti Civili. Dan hu dokument car hafna. L-ewwel u qabel kollox juri I-interess personali Ii ha I-isqof ta' dak iz-zmien, Monsinjur Gaetano Pace Forno, biex tinbena knisja gdida f'din il-Iokalita'. Hija storja maghrufa fil-Hamrun, ghaliex din il-knisja giet dedikata lil San Gejtanu. Dan sar fuq xewqa u taiba minn dan I-istess isqof Pace Forno biex f'Malta jkun hawn knisja dedikata lil dan il-qaddis Ii hu kien imsemmi ghalih.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29787
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-bini_tal-knisja_parrokkjali_ta’_San_Gejtanu_u_l-oriġini_tal-isem_Ħamrun_2013.pdf3.66 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.