Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29825
Title: Kif inbidlet ir-rappreżentazzjoni tal-ġisem femminili fil-proża Maltija matul iż-żmien
Authors: Bongailas, Gail
Keywords: Maltese literature -- History and criticism
Women in literature -- Malta
Human body in literature
Issue Date: 2017
Abstract: Din it-teżi tistħarreġ il-mod kif il-ġisem tal-mara jiġi rrappreżentat fil-letteratura minn perspettiva maskili. Il-kitba minn perspettiva ta’ raġel tgħin biex inkunu nistgħu naraw il-mod kif ir-raġel iħares lejn il-ġisem tal-mara, x’inhu meqjus ikrah u x’inhu meqjus sabiħ, kif ukoll naraw jekk il-mod kif jiġi rrappreżentat il-ġisem tal-mara fil-letteratura jinbidilx jew le matul iż-żmien. Dan l-istudju juri kif il-kittieba rġiel jippruvaw joħolqu din ix-xbieha tal-mara perfetta u ideali li ħafna drabi tkun ix-xbieha ta’ mara li fl-aħħar mill-aħħar tqanqal lilhom stess kif ukoll lill-qarrejja rġiel. Din ir-riċerka tistħarreġ ukoll kitbiet ta’ femministi bħal Kate Millett u Simone de Beauvoir li taw kontribut kbir fl-istudju tal-ġisem u li joġġezzjonaw għal dak li ċerti rġiel kitbu dwar il-ġisem femminili. Għal din ir-riċerka ntgħażlu tliet kotba minn kull perjodu ta’ awturi partikolari; Ċejlu Tonna, Ċensu Barbara u Susanna miktubin minn Ġużè Muscat Azzopardi fil-perjodu Romantiku, Il-Gaġġa, Samuraj u Paceville ta’ Frans Sammut li kiteb fil-perjodu Modern u Ossessjoni, Għall-Imħabba ta’ Lesbjana u F’Ħalq il-Lupu ta’ Carmel Scicluna li kiteb fil-perjodu Kontemporanju. Din il-firxa ta’ testi għenet biex nistħarreġ il-mod kif il-kittieba varjaw fil-mod ta’ kif irrappreżentaw il-ġisem tal-mara f’ żminijiet differenti. Għal din ir-riċerka ġew analizzati fid-dettall dawn il-kotba kif ukoll studji u kitbiet oħra li għenu biex insaħħaħ l-argumenti tiegħi f’din it-teżi.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29825
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL003 .pdf
  Restricted Access
1.4 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.