Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29834
Title: L-Interjezzjonijiet fil-Malti
Authors: Bonnici, Rosette
Keywords: Maltese language -- Interjections
Issue Date: 2017
Abstract: L-għan ta' din it-teżi hu li nagħmel ġabra kemm jista' jkun eżawrjenti tal-interjezzjonijiet fil-Malti, nanalizzahom skont il-forma u t-tifsir tagħhom, u nipprova nasal għal definizzjoni bil-karatteristiċi ewlenin tal-interjezzjoni fil-Malti. Din it-teżi hija mqassma f’erba’ kapitli. Fl-ewwel kapitlu nagħti ħarsa ġenerali lejn l-interjezzjoni bħala kategorija lingwistika. Wara li ndur uħud mid-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet ewlenin tal-interjezzjoni f'ilsna differenti, l-aktar fl-Ingliż u fit- Taljan, fit-tieni kapitlu mbagħad niffoka fuq x’jgħidu l-istudjużi Maltin dwar linterjezzjonijiet fil-Malti, pereżempju f’liema kuntesti jintużaw l-interjezzjonijiet u kif jinkitbu ortografikament. Fit-tielet kapitlu nippreżenta l-ġabra tal-interjezzjonijiet fil-Malti li ġbart mid-dizzjunarji ta' Aquilina u Serracino-Inglott, minn xi studji, u mill-għarfien tiegħi tal- Malti u ta' numru ta' kelliema nattivi oħrajn qrib tiegħi. Nispjega wkoll is-sistema li użajt biex ħloqt it-tabella tal-ġabra. Imbagħad fl-aħħar kapitlu nanalizza l-kliem minn perspettivi differenti, fosthom l-aspett fonetiku u fonoloġiku, l-aspett morfosintattiku u wara l-aspett lessikali u semantiku sakemm fl-aħħar nikkonkludi bl-aktar punti importanti li joħorġu minn dan l-istudju.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29834
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL005.pdf
  Restricted Access
1.95 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.