Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29837
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2018-05-04T13:21:24Z
dc.date.available2018-05-04T13:21:24Z
dc.date.issued2017
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29837
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin ir-riċerka tkopri l-element allegoriku fil-ħrejjef ta’ Manwel Magri. Bħal f’ġeneri oħra letterarji, l-allegorija fil-ħrejjef tagħti preżenza konkreta (forma umana, annimaleska, jew anki inanimata) lil kunċett astratt, li aktarx ikun vizzju jew virtù. B’hekk karattri allegoriċi differenti fl-istess ħrafa jkunu qed jirrappreżentaw tendenzi psikoloġiċi jew astratti daqstant differenti tal-bniedem. Din ir-riċerka tistħarreġ ukoll kif dawn l-allegoriji jinteraġixxu flimkien biex joħolqu kunflitt u riżoluzzjoni bejn kwalitajiet umani. L-ewwel kapitlu ta’ din it-teżi jservi ta’ bażi għal din ir-riċerka għax jistħarreġ b’mod ġenerali l-funzjoni allegorika matul il-medda ta’ żmien, kif ukoll il-forom artistiċi differenti li ħadet f’xogħlijiet allegoriċi ewlenin. Marina Warner tfisser l-allegorija bħala mod ta’ taħdit li ma għandux tifsira waħda, imma jista’ jiġi interpretat f’rabta ma’ żewġ dimensjonijiet: waħda fiżika u l-oħra morali. Hija telabora li l-allegorija hija speċi ta’ metafora estiża (xix). L-għodda allegorika hija mekkaniżmu li jirnexxilu jaqbad kunċett astratt u jagħtih il-ħajja f’forma empirika bil-għan li jgħallem bil-komportament dinji tiegħu. Għal Warner, l-allegorija mhijiex sempliċiment figura tat-taħdit imma hija parti essenzjali mit-taħdit ta’ kuljum, u fil-fatt tikklassifika d-diskors ironiku f’ħalq il-kelliem komuni bħala fergħa allegorika (xix). Għal Dante, l-allegorija taħdem bħala velu li jaħbi l-verità, bil-għan li jġiegħel lill-udjenza tagħmel konnessjonijiet bejn l-aġenti allegoriċi u l-ħajja li jgħixu fiha, sabiex, eventwalment, issib din il-verità moħbija (Tambling 19). Dante jagħmel distinzjoni bejn l-allegorija tal-poeti u dik tat-teologi, għax għalih l-allegorija tal-poeti mhi xejn għajr gidba aktarx sabiħa li tintuża f’kitbiet pjuttost leġġeri filwaqt li dik tat-teologi, użata fix-xogħol tiegħu La Divina Commedia, tiġbor fiha l-erba’ livelli allegoriċi ta’ Boccaccio (Tambling 28). L-allegorija jirnexxilha tkopri fiha aspetti bibliċi u satiriċi fl-istess waqt, u dan tagħmlu, primarjament, fil-ħrafa, kif se jintwera b’aktar dettall fl-ewwel kapitlu. L-irwol tal-allegorija fil-ħrafa, għall-kuntrarju ta’ dak li jiġri f’rumanz psikoloġiku, huwa li toħloq karattri ċatti bla ma tippermetilhom li jiżviluppaw lil hinn mill-virtù jew il-vizzju li jirrappreżentaw.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectFolklorists -- Maltaen_GB
dc.subjectTales -- Maltaen_GB
dc.subjectAllegoriesen_GB
dc.subjectMagri, Manwel, 1851-1907en_GB
dc.titleL-element allegoriku fil-hrejjef ta’ Manwel Magri : forom u funzjonijieten_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCaruana, Christabel
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL006.pdf
  Restricted Access
1.17 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.