Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29854
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2018-05-07T13:15:16Z-
dc.date.available2018-05-07T13:15:16Z-
dc.date.issued2017-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29854-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractHekk kif tirfes l-għatba tal-ħanut tal-iskarpan, imnifsejk jimtlew b’riħa qawwija ta’ ġlud, kolla, żebgħa u għeluq. Imbagħad sewwasew fin-nofs tal-ħanut, moħbi qalb l-għodda, makkinarju u kull xorta ta’ oġġett tilmaħ raġel aktarx imdaħħal fiż-żmien, liebes il-fardal u bilqiegħda fuq banketta, għaddej jaħdem bla heda b’xi żarbun f’ħoġru. Niftakar li sa minn meta kont għadni żgħir, ommi kienet teħodni nsewwi ż-żarbun tal-iskola għand l-iskarpan. Jien qatt ma kelli lil xi ħadd jiġi minni li kien skarpan imma, minħabba f’dan, xorta waħda kibret fija l-imħabba lejn din is-sengħa tradizzjonali. L-għajnuna li kelli biex nagħmel dan kienet tassew limitata, peress li jien ma kont naf kważi xejn dwar din is-sengħa u ftit inkiteb dwarha, imma dan ma żammnix milli nwettaq ix-xewqa tiegħi li nagħmel teżi dwar is-sengħa tal-iskarpan. Minn meta kont għadni daqsxejn ta’ tifel kont nixtri kotba relatati mas-snajja’ Maltin u kont ninteressa ruħi ferm kif missirijietna kienu kapaċi jagħmlu kollox minkejja n-nuqqasijiet li kienu jħabbtu wiċċhom magħhom. Mhux b’għaġeb, mela, li nibtet fija l-ħolma li xi darba nkun jien li noħloq xi ħaġa li turi l-kobor ta’ xogħol l-antenati tagħna. Kien għalhekk li meta ġejt biex nagħżel it-titlu tat-teżi mill-ewwel mort għal xi ħaġa marbuta mas-snajja’. Minn hemm ’il quddiem ma ħaristx lura u kont konvint li nagħmel li nista’ biex niddokumenta waħda mis-snajja’ li saħħritni sa minn ċkuniti. Din it-teżi tittratta l-proċess ta’ kif kien isir żarbun fl-imgħoddi u kif dan jissewwa jew jiġi rranġat b’diversi modi. L-għan aħħari wara dan hu li niġbor vokabolarju ta’ termini marbuta ma’ din is-sengħa antika u tradizzjonali tagħna l-Maltin. Għalija hi ħasra xħin niftakar li sengħa li tiswa mitqilha deheb tista’ fi ftit żmien ieħor tintilef għal dejjem u magħha t-termini kollha li ġġib magħha. Jien ġbart flimkien it-termini li jinsabu mxerrda f’diversi kotba, u dawk li sibt jien waqt ir-riċerka tiegħi, termini li kienu għadhom qatt ma ġew miġbura. Dawn issa sabu posthom f’ġabra waħda u jinkludu: ismijiet ta’ għodda u makkinarji, l-ismijiet tal-partijiet differenti taż-żarbun u dawk ta’ materjali differenti li jiġu użati. B’żieda ma’ dawn hemm għadd ġmielu ta’ ritratti, xi filmati u anke diversi intervisti.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectShoemakers -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese language -- Vocabularyen_GB
dc.titleIs-sengha tal-iskarpan u l-vokabolarju tekniku taghhaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorMejlak, Daniel-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL011.pdf
  Restricted Access
11.83 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.