Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29916
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2018-05-09T10:14:22Z-
dc.date.available2018-05-09T10:14:22Z-
dc.date.issued2017-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29916-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractF’dawn it-tliet snin li ilni l-Università interessani s-suġġett tas-soċjolingwistika u għalhekk meta ġejt biex nagħżel it-titlu għal din it-teżi, iddeċidejt li nagħmel studju relatat ma’ dan is-suġġett fuq l-ismijiet tal-ħxejjex. Hawn irrid infisser il-ħaxix li nużaw u nixtru biex nieklu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. L-idea preliminari kienet li nara jekk hemmx varjazzjoni fl-ismijiet ta’ dawn il-ħxejjex. Fil-fatt sibt li anki meta ma kienx hemm varjazzjoni fl-isem proprju, xorta kien hemm ħafna varjazzjoni fiddeskrizzjonijiet li tawni l-informanti biex jippreċiżaw x’riedu jfissru. Għażilt li nittratta dan il-qasam għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett, minn meta kont għadni ċkejkna kont immur nagħti daqqa t’id lil missieri fix-xogħol tar-raba’. Sirt naf kemm hu xogħol ta’ tbatija u forsi ma napprezzawx dak li jagħmlu l-bdiewa biex jagħtuna l-aħjar prodott: għalhekk għażilt qasam li fih żgur se jibbrillaw il-bdiewa. It-tieni net, nittama li se jkun siewi għal ħaddieħor minħabba li wara kollox jirrigwardja qasam fuq oġġetti li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Għalkemm f’dan il-qasam għadu ma sar lebda studju, ħarġu affarijiet interessanti ħafna u ta’ min wieħed jagħtihom daqqa t’għajn. L-istudju jinqasam fi tliet kapitli. L-ewwel kapitlu jittratta l-kunċetti bażiċi b’mod ġenerali li nsibu fis-soċjolingwistika bħal varjazzjoni lingwistika, il-varjetajiet u l-fatturi li jaffettwaw kif titkellem persuna, ngħidu aħna bħall-età u l-ġeografija. Fit-tieni kapitlu tajt ħarsa lejn il-metodoloġija li użajt f’dan l-istudju billi ddiskutejt pass pass x’għamilt. Ir-riċerka tikkonsisti f’kwestjonarju u numru ta’ stampi li ġew murija lil tmenin bidwi li kienu mistennija jsemmu t-tipi differenti ta’ ħxejjex. Minkejja dan, ħadt ukoll kampjun ta’ tmien parteċipanti oħra li ma jaħdmux ir-raba’ biex nistabilixxi jekk hemmx differenzi bejn iż-żewġ gruppi. Fit-tielet kapitlu tajt ħarsa lejn ir-riżultati li ħarġu mill-kwestjonarji billi qbadt il-varjabbli soċjolingwistiċi li użajt u tajt ħarsa dettaljata lejn it-termini mil-lenti ta’ kull fattur. Fl-aħħar, wieħed jista’ jsib l-appendiċi li jinqasam f’tmien taqsimiet: Appendiċi A jinkludi l-formula tal-kunsens u f’Appendiċi B insibu l-ittra ta’ informazzjoni li tajt lil kull parteċipant qabel ma bdejt nimla l-kwestjonarju. Appendiċi Ċ fih l-istampi li użajt għal dan l-istudju filwaqt li f’Appendiċi D insibu lkwestjonarju. Appendiċi E għandu numru ta’ tabelli bid-dettalji ta’ kull informant u Appendiċi F fih id-dijagrammi li użajt biex noħroġ il-persentaġġi tal-impjieg u ledukazzjoni tal-informanti. Appendiċi Ġ juri tabella għal kull lokalità fejn qabbilt ilgrupp ta’ bejn l-20 u l-35 sena mal-grupp li għandhom minn 65 sena ‘l fuq. Fl-aħħar, f’Appendiċi G insibu glossarju tat-termini li ħarġu minn kull lokalità u minn kull età kemm tal-bdiewa kif ukoll tal-informanti li mhumiex bdiewa. L-għan ta’ dan l-istudju huwa li nistabilixxi jekk il-ġeografija, l-età, l-impjieg u l-iskola jaffettwawx it-termini li jintużaw fost il-bdiewa.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectPlant names, Popular -- Maltaen_GB
dc.subjectMaltese language -- Social aspectsen_GB
dc.subjectVegetables -- Maltaen_GB
dc.titleL-ismijiet tal-hxejjex : studju socjolingwistikuen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSchembri, Maria-
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL018.pdf
  Restricted Access
12.27 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.