Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/37238
Title: Mitt sena mill-ħruġ ta' l-ewwel purċissjoni : mixja ta' 21 sena lejn festa kompleta
Authors: Attard, Anton
Keywords: Vittoriosa (Malta) -- History
Church of the Annunciation (Vittoriosa, Malta)
Feasts, Religious -- Malta -- Vittoriosa
Għaqda Filarmonika Prince of Wales' Own (Vittoriosa, Malta) -- History
Street decoration -- Malta -- Vittoriosa -- History
Fireworks -- Malta -- Vittoriosa -- History
Processions, Religious -- Malta -- Vittoriosa
Issue Date: 1996
Publisher: Vittoriosa : Kommunita Dumnikana tal-Knisja tal-Lunzjata
Citation: Attard, A. (1996). Mitt sena mill-ħruġ ta' l-ewwel purċissjoni : mixja ta' 21 sena lejn festa kompleta. Festi solenni San Duminku ta' Guzman, il-Birgu, 1996, 51-57
Abstract: II-festa ta' San Duminku fiI-Birgu tgawdi prestigju għoli fost id-dilettanti tal-festi Maltin u tkun mistennija b'ħerqa, speċjalment mill-Komunita Dumnikana, mill-membri tal-Kazin tal-Banda Prince of Wales Own, mill-Kumitat Festi Esterni u oħrajn Ii jaħdmu magħhom. Din kellha tgħaddi minn proċess ta' għadd ta' snin biex minn festa interna, aktarx moderata, f'ġieħ ix-xbieha mirakoluza ta' San Duminku ta' Soriano, meqjuma fl-artal tal-kappellun xellugi fil-Knisja tal-Lunzjata, lejn qrib tmiem is-seklu dsatax, il-Komunita Dumnikana, bl-għajnuna ta' għadd ta' ammiraturi, żviluppatha f'waħda solenni u popolari, kemm interna kif ukoll esterna. Għalkemm xi għamla ta' kommemorazzjoni żgur tmur lura għal bosta snin, m'hemmx dubju Ii din fil-Birgu kompliet twarrad fl-1870, wara digriet tas-Sacra Congregazione dei Riti u laħqet il-milja tagħha fl-1896, meta ħarġet għall-ewwel darba l-purċissjoni f'nhar il-festa, frott digriet maħruġ mill-Kurja ta' Malta, sena qabel. Meta wieħed iħares lura jara Ii t-triq Ii wasslet għal dan ma kienitx wietja għal kollox, iżda d-determinazzjoni u I-ħeġġa, mhux biss għelbu I-ostakli Ii jiltaqa' magħhom kull żvilupp ġdid, iżda qajl qajl, din iI-festa spiċċat biex kienet I-għajn Ii minnha ħarġu wħud mid-drawwiet folkloristici Ii lIum tant huma popolari fil-festi ta' din il-Belt.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/37238
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
MITT SENA MILL .. HRUG T A'.pdf730.7 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.