Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/3907
Title: Dokumentazzjoni lokali tal-kliem Sqalli li daħal fil-Malti fis-sekli 15 u 16
Authors: Bezzina, Daniel
Keywords: Maltese language -- 15th century
Maltese language -- 16th century
Sources
Issue Date: 2011
Abstract: Id-dokumenti mistħarrġa Problemi ta' identifikazzjoni bejn nisel Sqalli, Toskan jew Latin Fl-istudji tal-Malti l-lingwisti jsibu diffikultà biex jagħrfu jekk kelma barranija hix ta' nisel Sqalli jew Toskan u d-dokumentazzjoni storika ma tantx tgħin f'dal-qasam għax il-Malti beda jinkiteb b'mod kontinwu mis-seklu 18 (Cremona 171-72). L-iskop tal-istudju tiegħi kien li jsir tiftix f'xi wħud mid-dokumenti bl-Isqalli Medjevali li nkitbu f'Malta biex nippruvaw nagħtu ħjiel sa fejn l-Isqalli kien għajn ta' tislif. Skont Cermona ħafna dokumenti tal-Arkivji Nutarili u tal-Katidral bl-Isqalli u bil-Latin, li jien analizzajt uħud minnhom għal dal-istudju, imorru lura għas-seklu 15 u għalhekk jistgħu jipprovdulna evidenza ta' użu ta' ċertu kliem f'Malta (171-72). Fid-dokumenti ltqajt ma' kliem li ma kienx possibbli li naqgħżel jekk hux Toskan jew Sqalli u għalhekk ħassejt li kelli ninkludih biex inkun aktar preċiż; dan jirrifletti lkumplessità tal-problema li tkellimt fuqha qabel. Ta' min ngħid li Cremona jsemmi li xi kliem seta' daħal fl-Isqalli mill-Franċiż jew mit-Toskan u mbagħad fil-Malti u għalhekk jinħoloq dubju fuq in-nisel ta' dal-kliem (174). Meta kont qed nanalizza xi dokumenti li kienu jinkludu ħafna kitba bil-Latin iltqajt ma' diffikultà simili peress li l-kittieba kienu, f'xi waqtiet, jinkludu kliem jew frażijiet li jkunu miktubin bl-Isqalli jew b'forma Latina li tixbhu. Ħafna drabi d-differenza kienet ċara biżejjed imma xi drabi l-qrubija ta' ċertu kliem Latin mal-Isqalli wassluni biex kliem bħal dan ninkludih ukoll. Kliem ta' nisel 'Ingliż' Brincat jgħid li l-kliem Ingliż ta' oriġini Anglo-Latina joħloq problema biex jingħaraf għax fil-biċċa l-kbira jikkonferma jew isaħħaħ l-użu ta' kliem ta' nisel Rumanz fil-Malti bħall-każ ta' pinna (IT penna, EN pen) u komuni (IT comune, EN common) ngħidu aħna; huwa jżid li kliem bħal dan seta' daħal fil-Malti fi żmien aktar bikri, mit-Toskan jew saħansitra mill-Isqalli ("Il siciliano e il maltese" 69). L-istudju tiegħi jidher li jikkonferma t-teorija ta' Brincat għax fil-lista li qed nippreżenta jidhru ammont kbir ta' kliem li kien jintuża fl-Isqalli Medjevali li jixbah ħafna lill-kliem Ingliż. Dan jikkonferma li l-Isqalli u t-Toskan setgħu kienu għajn ta' influwenza f'ċerti oqsma ħafna qabel l-Ingliż beda jinfluwenza lill-Malti u bosta kliem seta' wasal talinqas 300 sena qabel l-Ingliż beda jinstema' Malta. Il-kitba u t-taħdit: żewġ realtajiet differenti Jien analizzajt testi bl-Isqalli miktub imma dawn mhux neċessarjament jirriflettu lIsqalli mitħaddet. Fil-fehma tiegħi dawn huma żewġ realtajiet differenti tal-Isqalli u listudju tiegħi jista' biss jagħti indikazzjoni ta' dak li seta' kien jiġri fit-taħdit. Aktarx li ċerti fenomeni mitħaddta me kenux ikunu riflessi fil-kitba biex tiġi segwita t-tradizzjoni letterarja Medjevali u għalhekk ċerti karatteristiċi li kienu jinstemgħu mitħaddta kienu jiġu "kkoreġuti" jew imneħħija fil-kitba. Madankollu bdil u korruzzjonijiet fil-lingwa ma kenux xi ħaġa rari imma kienu jiġu attribwiti għall-kuntatti soċjali u l-injoranza tal-kelliem (Brincat, "Maltese Words" 112). Barra minn hekk it-testi li stħarriġt jirriflettu aktar l-Isqalli li kienu jitkellmu l-elit tas-soċjetà li fil-biċċa l-kbira kienu jkunu litterati, għonja u b'bażi soċjali elevata, bħal, ngħidu aħna, membri tal-Kleru, nutara jew membri tal-Università. Il-lingwaġġ ta' nies bħal dawn kien ikun differenti minn dak li kienu jitkellmu l-Isqallin tal-klassi l-baxxa, bħallbaħrin u l-artiġġjani, li l-aktar li influwenzaw lill-kelliema tal-Malti, raħlin bla edukazzjoni formali jew kultura kolta, u li magħhom kien ikollhom kuntatt kontinwu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/3907
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL007.pdf
  Restricted Access
4.02 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.