Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/3921
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-07-07T08:23:49Z
dc.date.available2015-07-07T08:23:49Z
dc.date.issued2011
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/3921
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractId-dinja tal-isports hija internazzjonali u tattira ħafna nies, kemm biex jilagħbuh u wisq aktar biex isegwuh. Il-futbol, aktar minn sports ieħor, hu meqjus bħala l-aktar logħba eċitanti u mhux sorpriża li tisma’ lil min jgħid li hu l-aktar sport famuż madwar id-dinja kollha. Fil-fatt, fl-1994 il-finali bejn ilBrażil u l-Italja rawha aktar minn żewġ biljun ruħ, (Luxbacher IV, preface) u fl- 2010, il-FIFA stenniet li t-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t’Isfel kellha tkun l-aktar avveniment segwit fuq it-televiżjoni fl-istorja (“2010 FIFA World Cup - Broadcasting.”). Hu sport internazzjonali għal kulħadd li ma jagħmilx distinzjoni bejn il-klassijiet soċjali, l-etajiet u l-edukazzjoni li wieħed ikollu, imma ħafna huma n-nies li jsegwuh u jiħduh bħala l-passatemp tagħhom. “Illum il-ġurnata kbar u żgħar, għorrief u injoranti, foqra u sinjuri, ma fadalx min ma jiddilettax bl-imbierek ta’ futbol” (“Floriana 2nd XI vs Msida Rangers 2nd XI” Football.) Aktar ma għadda żmien, il-futbol aktar ġibed nies warajh. Permezz talattendenzi numerużi li jkun hemm fil-grawnds, bil-pika li tinbet bejn ittimijiet, bid-diskors ta’ kuljum fuq il-futbol fil-każini, fil-bars, fid-djar u fliskejjel, naraw kemm huma għatxana biex jaraw x’qed jiġri f’din id-dinja. Ilgazzetti, ir-radju, it-televizjoni, u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni, kienu l- 12 għodda biex l-isport jiġi rriklamat u biex il-pubbliku jiġi infurmat b’dak li kien qed jiġri. B’hekk, matul iż-żmien, il-futbol inġieb ’il quddiem. F’Malta dan il-bżonn inħass ukoll u grazzi għal din ir-relazzjoni pożittiva bejn il-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-isport, il-pubbliku seta’ jgawdi u jsib dak li kien qed ifittex. Fil-fatt Paul Hoch jgħid li maż-żmien l-isport kien ilpunt ta’ referenza biex jinbiegħu l-gazzetti: “Sports became the decisive promotional device for selling popular newspapers, and newspapers were the decisive promotional device for selling sport spectacles” (Wenner). Tant kemm l-isport kien u għadu popolari f’Malta li nħass il-bżonn li anki gazzetti sportivi barranin, bħal Corriere dello Sport mill-Italja u British Football mill-Ingilterra jinġiebu hawn Malta. Madanakollu, x’jistgħu jkunu lproblemi li jiffaċċjaw il-ġurnalisti sportivi, u xi sfidi qed jiltaqgħu magħhom ilkummentaturi tal-futbol?en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectTerminologyen_GB
dc.subjectMaltese language -- Terms and phrases -- Dictionariesen_GB
dc.subjectSports journalism -- Maltaen_GB
dc.subjectSoccer -- Maltaen_GB
dc.titleIr-reġistru tal-futbol fl-ilsien Maltien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorAttard, Keith (2011)
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL002.pdf
  Restricted Access
3.22 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.