Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/3929
Title: Dizzjunarju Storiku tal-Malti msejjes fuq 'Sentmenat'
Authors: Chetcuti, Kirsty
Keywords: Maltese language -- 18th century
Language and languages -- Dictionaries
Sentmentat Torrelles i d'Agulló, Francesc de, 1697-1762
Issue Date: 2011
Abstract: Dan il-manuskritt oriġinali huwa miktub mill-Markiż Francesc de Sentmenat i Torrelles, imwieled Barċellona fl-1 t’April 1697 u miet Barċellona wkoll fil-5 t’April 1762. Skont xi tagħrif dwar il-bijografija tiegħu Sentmenat studja l-lingwi klassiċi u l-Lhudi, apparti l-letteratura u l-poeżiji klassiċi. Jidher li kien ukoll poeta. Kien wieħed mill-fundaturi tar-Reial Acadèmia de Bones Lletres de Barcelona (l-Akkademja Rjali tal-Arti), fejn ikkollabora bħala storiku. Fil-fatt meta l-Akkademja ddeċidiet li tagħmel proġett li tikteb l-istorja sħiħa tal-Katalunja (proġett li qatt ma ntemm), il-Markiż de Sentmenat ġie fdat bl-inkarigu li jikteb dwar iż-Żminijiet Mudlama, jiġifieri mill-bidu sal-wasla tal-Kartaġiniżi. Mhuwiex ta’ stagħġib, għalhekk, illi din il-biċċa xogħol qanqlet interess fih biex jistħarreġ dwar il-lingwa Maltija, speċjalment meta dak iż-żmien kienu jaħsbu li l-Malti kien ta’ nisel Puniku, imma sfortunatament m’għandniex tagħrif ċert dwar din lipoteżi. Barra minn hekk, il-Markiż qatt ma temm l-investigazzjoni storika li kien beda. Dak li aħna ċerti minnu hu li kellu interess kbir fil-lingwi Semitiċi jew eżotiċi għax insibu fix-xogħlijiet imdaqqsa tiegħu xi kapitli fuq alfabeti Semitiċi u mhux komuni bħall-Għarbi, il-Persjan, it-Tork, il-Lhudi, is-Sirjak, il-Koptiku, vokabularju Lhudi-Latin, xi testi kkupjati mill-Għarbi u kitbiet simili. Iżda l-aktar ħaġa importanti b’rabta mal-materjal tal-Malti, hija vokabularju Żingaru (Kalo)- Spanjol li ġabar hu stess minn fomm iż-żingari.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/3929
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL012.pdf
  Restricted Access
2.05 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.