Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/39599
Title: Poe-pittura : progett li jghaqqad l-arti mat-taghlim tal-poezija Maltija fir-raba’ klassi fl-iskola sekondarja
Authors: Attard, Abigail
Keywords: Maltese -- Study and teaching (Secondary)
Maltese -- Study and teaching (Secondary) -- Activity programs
Maltese poetry
Art -- Study and teaching (Secondary) -- Activity programs
Language arts (Secondary)
Issue Date: 2017
Citation: Attard, A. (2017). Poe-pittura : proġett li jgħaqqad l-arti mat-tagħlim tal-poeżija Maltija fir-raba’ klassi fl-iskola sekondarja (Bachelor's dissertation).
Abstract: Poe-Pittura hu proġett magħmul minn disa’ lezzjonijiet għall-istudenti tar-raba’ sena fliskola Sekondarja, li jgħaqqad flimkien it-tagħlim tal-poeżija Maltija mal-Arti. L-għan tiegħu hu li joffri lezzjonijiet tal-Esperjenza Letterarja, kreattivi u innovattivi lill-istudenti sabiex jistimulawlhom l-interess u l-attenzjoni waqt il-lezzjoni, filwaqt li jiffaċilita t-tagħlim tal-poeżija b’mod li jilħaq lil kulħadd. Il-poeżiji magħżula joffru tagħlim ta’ valuri u ideat soċjali li jservu tul il-ħajja. B’hekk, l-istudenti jitrawmu kulturalment u jwessgħu l-kompetenza letterarja tagħhom. Dan il-proġett jinkludi testi poetiċi adatti għat-tfal tar-raba’ sena, pjanijiet tal-lezzjonijiet għal magħhom, karti tat-taħriġ, u informazzjoni għall-istudenti u qari supplimentari għall-għalliema. Il-proġett twettaq f’erba’ klassijiet tar-raba’ sena fliskejjel Sekondarji. Mill-informazzjoni li ġbart tal-intervisti mal-għalliema li għamlu użu mill-pakkett ta’ riżorsi, mill-għalliema li osservaw li nagħti xi lezzjonijiet, millevalwazzjonijiet personali tal-lezzjonijiet, u mill-feedback li tawni l-għalliema dwar il-pakkett ta’ riżorsi, ħareġ biċ-ċar li dan intlaqa’ tajjeb ħafna kemm mit-tfal, kif ukoll millgħalliema.
Description: B.ED.(HONS)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/39599
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BED002.pdf22.51 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.