Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4012
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-07-13T08:21:40Z
dc.date.available2015-07-13T08:21:40Z
dc.date.issued2011en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4012
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-għan ewlieni tiegħi f’din id-dissertazzjoni hu li nixħet dawl fuq wieħed mir-rumanziera Maltin li taw kontribut xieraq fil-qasam letterarju. Ċerti rumanziera huma meqjusa bħala kittieba sekondarji frott in-nuqqas ta’ informazzjoni li għandna dwarhom iżda, grazzi għar-riċerka, wieħed jista’ jiskopri aktar dwar il-ħidma letterarja tagħhom u għalhekk dawn ilkittieba jibdew jieħdu xeħta aktar importanti. Ir-rumanzier li jien qiegħda nistħarreġ hu Arturo Dimech, li ma kienx biss attiv bħala kittieb popolari ta’ żmienu, iżda kellu wkoll ambizzjonijiet oħra li jmorru lil hinn mill-ħidma tiegħu ta’ awtur. Il-kontribut ta’ Dimech fil-letteratura Maltija ma kienx żgħir għaliex ir-rumanzi tiegħu jammontaw saħansitra għal madwar erbgħajn wieħed u kienu jiġu ppreżentati lill-qarrejja f’faxxikli. Il-produzzjoni tar-rumanz tal-faxxiklu kienet popolari ħafna fi żmien Dimech, u bosta kittieba oħra kienu jinqdew bl-istess sistema. Dan l-aspett ser jiġi ttrattat aktar ‘il quddiem, flewwel taqsima. Mir-rumanzi li analizzajt, ippruvajt noħroġ l-interpretazzjonijiet jew l-intenzjonijiet varji li hu seta’ kellu. Hemm bosta temi li jiġu żviluppati f’Dimech, fosthom l-element Gotiku, li jaf jissorprendi u jqanqal kurżita`, kif ukoll l-element sentimentali u ta’ mħabba li qatt ma jonqos, tant li jekk tneżża’ r-rumanzi ta’ Dimech minn dan, ir-riżultat jaf ikun skars. Fil-kitbiet tiegħu l-ġibda għal raħal twelidu u l-inħawi li hu għex fihom hi evidenti. Dan jagħmlu billi jagħti deskrizzjonijiet preċiżi u billi jqanqal ammirazzjoni lejhom fil-qarrej. Barra minn hekk, fir-rumanzi tiegħu jippreżenta destinazzjonijiet ġeografiċi barra minn Malta u jimmarka fihom l-aqwa postijiet, personaġġi u ġrajjiet storiċi. Pero’, l-awtur ma jonqosx milli jagħraf l-importanza tal-ġrajjiet ewlenin fl-Istorja ta’ pajjiżu u għalhekk spiss jambjenta n-narrazzjoni tiegħu f’Malta. L-għan ewlieni ta’ Dimech hu li jgħallem u li jġiegħel lill-qarrejja jħobbu l-letteratura. Iżda mhuz biss, għaliex ried ukoll li b’dak li jikteb jogħġob lill-maġġoranza. Biex jistieden aktar nies biex jaqraw, huwa ried li jisimplifika dan it-tagħlim kemm jista’ jkun. Dwar Dimech ftit li xejn kien instab sal-lum iżda jien komplejt napprofondixxi kemm stajt dwar il-ħajja personali tiegħu kif ukoll dwar ixxogħlijiet letterarji u storiċi tiegħu. Għalkemm kellu limitazzjonijiet ekonomiċi kbar fil-ħajja tiegħu, bl-imħabba u d-dedikazzjoni tiegħu lejn il-ktieb, kompla jagħti sehmu lil-letteratura Maltija u lil dawk kollha li kienu jaqraw, biex fuq kollox jitgħallmu u biex jiskopru affarijiet ġodda millkitbiet tiegħu.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectDimech, Arturo,1907-1981 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectGothic fiction (Literary genre), Malteseen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 20th centuryen_GB
dc.titleArturo Dimech u r-rumanz tal-faxxiklien_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorFabri, Roseanneen_GB
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL014.pdf4.33 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.