Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4012
Title: Arturo Dimech u r-rumanz tal-faxxikli
Authors: Fabri, Roseanne
Keywords: Dimech, Arturo,1907-1981 -- Criticism and interpretation
Gothic fiction (Literary genre), Maltese
Maltese literature -- 20th century
Issue Date: 2011
Abstract: L-għan ewlieni tiegħi f’din id-dissertazzjoni hu li nixħet dawl fuq wieħed mir-rumanziera Maltin li taw kontribut xieraq fil-qasam letterarju. Ċerti rumanziera huma meqjusa bħala kittieba sekondarji frott in-nuqqas ta’ informazzjoni li għandna dwarhom iżda, grazzi għar-riċerka, wieħed jista’ jiskopri aktar dwar il-ħidma letterarja tagħhom u għalhekk dawn ilkittieba jibdew jieħdu xeħta aktar importanti. Ir-rumanzier li jien qiegħda nistħarreġ hu Arturo Dimech, li ma kienx biss attiv bħala kittieb popolari ta’ żmienu, iżda kellu wkoll ambizzjonijiet oħra li jmorru lil hinn mill-ħidma tiegħu ta’ awtur. Il-kontribut ta’ Dimech fil-letteratura Maltija ma kienx żgħir għaliex ir-rumanzi tiegħu jammontaw saħansitra għal madwar erbgħajn wieħed u kienu jiġu ppreżentati lill-qarrejja f’faxxikli. Il-produzzjoni tar-rumanz tal-faxxiklu kienet popolari ħafna fi żmien Dimech, u bosta kittieba oħra kienu jinqdew bl-istess sistema. Dan l-aspett ser jiġi ttrattat aktar ‘il quddiem, flewwel taqsima. Mir-rumanzi li analizzajt, ippruvajt noħroġ l-interpretazzjonijiet jew l-intenzjonijiet varji li hu seta’ kellu. Hemm bosta temi li jiġu żviluppati f’Dimech, fosthom l-element Gotiku, li jaf jissorprendi u jqanqal kurżita`, kif ukoll l-element sentimentali u ta’ mħabba li qatt ma jonqos, tant li jekk tneżża’ r-rumanzi ta’ Dimech minn dan, ir-riżultat jaf ikun skars. Fil-kitbiet tiegħu l-ġibda għal raħal twelidu u l-inħawi li hu għex fihom hi evidenti. Dan jagħmlu billi jagħti deskrizzjonijiet preċiżi u billi jqanqal ammirazzjoni lejhom fil-qarrej. Barra minn hekk, fir-rumanzi tiegħu jippreżenta destinazzjonijiet ġeografiċi barra minn Malta u jimmarka fihom l-aqwa postijiet, personaġġi u ġrajjiet storiċi. Pero’, l-awtur ma jonqosx milli jagħraf l-importanza tal-ġrajjiet ewlenin fl-Istorja ta’ pajjiżu u għalhekk spiss jambjenta n-narrazzjoni tiegħu f’Malta. L-għan ewlieni ta’ Dimech hu li jgħallem u li jġiegħel lill-qarrejja jħobbu l-letteratura. Iżda mhuz biss, għaliex ried ukoll li b’dak li jikteb jogħġob lill-maġġoranza. Biex jistieden aktar nies biex jaqraw, huwa ried li jisimplifika dan it-tagħlim kemm jista’ jkun. Dwar Dimech ftit li xejn kien instab sal-lum iżda jien komplejt napprofondixxi kemm stajt dwar il-ħajja personali tiegħu kif ukoll dwar ixxogħlijiet letterarji u storiċi tiegħu. Għalkemm kellu limitazzjonijiet ekonomiċi kbar fil-ħajja tiegħu, bl-imħabba u d-dedikazzjoni tiegħu lejn il-ktieb, kompla jagħti sehmu lil-letteratura Maltija u lil dawk kollha li kienu jaqraw, biex fuq kollox jitgħallmu u biex jiskopru affarijiet ġodda millkitbiet tiegħu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4012
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL014.pdf4.33 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.