Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4015
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-07-13T08:55:50Z
dc.date.available2015-07-13T08:55:50Z
dc.date.issued2011
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4015
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-antropoloġija hi valida għal-letteratura daqskemm il-letteratura hi valida għall-antropoloġija. Fil-fatt, it-tnejn huma interdipendenti għax l-antropoloġija tagħti l-imġiba tal-komunità, il-forzi li jaħdmu fuq dik il-komunità u s-sistema organizzattiva tagħha. Mill-banda l-oħra, il-letteratura bil-mekkaniżmi artistiċi tagħha tikxef reazzjoni artistika, emottiva, immaġinattiva u kreattiva għal dawn is-sistemi soċjali li jiġu osservati fl-antropoloġija. L-antropoloġija torbot il-letteratura ma’ kuntest soċjali partikolari, kif ukoll ma’ testi kulturali (l-użanzi, l-istituzzjonijiet u l-prattiċi li jiffurmaw il-kultura ta’ pajjiż). Fil-fatt, kif isostni Stephen Greenblatt fl-ewwel kapitlu “The Touch of the Real,” fil-ktieb tiegħu u ta’ Catherine Gallagher, Practicing New Historicism, l-interpretazzjoni letterarja pprovdiet metodu fundamentali kif jingħarfu s-sistemi simboliċi kumplessi u r-rutini tal- ħajja li l-antropologi jistudjaw f’soċjetà. B’hekk ingħarfet rabta bejn l-antropoloġija u lletteratura, li permezz tagħha l-letteratura għamlet kuntatt mar-realtà daqskemm l-antropoloġija għarfet ir-reazzjonijiet kreattivi u artistiċi tal-letteratura għall-qagħda storika tal-bniedem. Greenblatt jissuġġerixxi li l-antropoloġija u l-letteratura huma kumplimentari (20-21). Iż-żewġ oqsma sikwit jiffukaw fuq il-kotra, l-antropoloġisti jistudjawha u jwassluha kif inhi mentri l-awtur letterarju jieħu d-dinja reali bħalma tiġi studjata fl-antropoloġija u jħallatha ma’ ħiliet kreattivi. Fit-tliet kapitli ewlenin li jsegwu ġew ittrattati diversi eżempji ta’ din l-interdipendenza bejn l-antropoloġija u l-letteratura. It-tieni kapitlu jiffoka fuq ir-reliġjon bħala forza dominanti fis-soċjetà. Fir-rumanz jinsabu diversi referenzi kemm diretti kif ukoll indiretti dwar l-importanza tal-istituzzjoni ekkleżjastika fil-ħajja tar-raħlin. Biex dan l-għan jintlaħaq l-argumenti tqassmu taħt tliet sottotitli: l-ewwel wieħed jintroduċi din it-tema bħala element antropoloġiku fil-ħajja Maltija u fir-rumanz, it-tieni sottotitlu janalizza diversi kuntrasti bejn dawk li jemmnu u l-ateu fir-rumanz u kif din l-istituzzjoni taffettwa l-ħajja tagħhom, u t-tielet taqsima tittratta l-intensità devozzjonali u spiritwali mqanqla mir-riti, miċ-ċerimonji u mill-kulturi. Fit-tielet kapitlu ġiet ittrattata t-tema tal-poter u l-abbuż tiegħu bħala forom ta’ oppressjoni fuq l-individwu. Dan l-argument tqassam fi tliet sottotitli li jiddiskutu l-poter fir-raħal: l-ewwel wieħed jagħti punti introduttivi fuq l-għamliet u l-effetti tal-poter, it-tieni wieħed jittratta forom impliċiti u espliċiti ta’ poter fir-raħal u t-tielet wieħed jiddiskuti l-privileġġi tal-poter għal xi wħud u r-restrizzjonijiet tal-istess poter għalloħrajn. Ir-raba’ kapitlu jiddiskuti t-tema tal-folklor u d-drawwiet konservattivi li jaħdmu kontra lintellett individwali. Fih ukoll hemm tliet sottotitli: l-ewwel wieħed jittratta punti introduttivi dwar il-folklor u d-drawwiet bħala identità Maltija, it-tieni wieħed jiddiskuti l-użanzi tar-raħal bħala mezz ta’ konformità, u l-aħħar wieħed jitkellem dwar lokalitajiet f’Ħaż-Żgħir li jsiru sinonimi ma’ mġiba partikolari. Din l-analiżi tistrieħ fuq diversi teoriji antropoloġiċi. Għat-teorija tar-reliġjon bħala element fundamentali fil-ħajja tar-raħli Malti segwejt lil Jeremy Boissevain li fil-ktieb tiegħu Saints and Fireworks: Religion and Politics in Rural Malta, jitkellem dwar l-għaqdiet reliġjużi li jgħallmu valuri marbutin mal-knisja. Boissevain jargumenta dwar listruttura ta’ ħafna mill-knejjes (ogħla aktar mid-djar u ġeneralment fiċ-ċentru) biex juri r-reliġjon bħala forza dominanti. Din it-teorija tixħet dawl fuq l-aspetti tar-rumanz li jittrattaw ir-reliġjon bħala istituzzjoni li tiddomina fuq ir-raħlin u tidderieġi dak li jagħmlu. In-narratur ta’ Ellul Mercer jagħti diversi referenzi diretti għall-importanza tar-reliġjon fuq in-nies ta’ Ħaż-Żgħir, saħansitra mill-kliem li jużaw.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectAnthropology in literatureen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 20th centuryen_GB
dc.subjectEllul Mercer, Guze, 1897-1961. Leli ta' Haz-Zghir -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subject
dc.titleAspetti antropoloġiċi f' "Leli ta' Haz-Zghir" ta' Guze Ellul Merceren_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGauci, Maria (2011)
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL017.pdf
  Restricted Access
1.65 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.