Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4017
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-07-13T09:10:56Z-
dc.date.available2015-07-13T09:10:56Z-
dc.date.issued2011-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4017-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-Għan tal-Istudju L-għan ta’ dan l-istudju hu li jagħti ħarsa dettaljata lejn il-verbi tat-tieni forma. Meta wieħed iqis ilsienna – ilsien qadim – kemm dam ma beda jiġi studjat u r-rata mgħaġġla li biha qed jevolvi, jifhem li għad fadal ħafna studju lingwistiku xi jsir. Ittama tiegħi hi li dan l-istudju jkun ta’ kontribut, imqar żgħir, lejn ix-xjenza lingwistika u lejn l-għarfien ta’ lsienna. Il-Metodu ta’ Studju u Riċerka Kien jeħtieġ li minn kmieni nibda niġbor għall-ewwel darba l-verbi tat-tieni forma mid-dizzjunarji ta’ Ġużè Aquilina u xogħlijiet oħrajn bit-tifsiriet korrispondenti tagħhom. Din il-ġabra kellha sservi bħala l-bażi tat-teżi kollha u kienet tiżgura li f’kull ma jingħad ikun qed jiġi kkunsidrat il-korp sħiħ ta’ dawn il-verbi u mhux kampjun biss minnhom. Xogħol ieħor li kellu jsir kien ħafna qari ta’ xogħlijiet grammatikali. Qattajt bosta sigħat infittex il-kotba, naqra u nniżżel xi punti u noti skont kif kien meħtieġ. Kelli wkoll għadd ta’ diskussjonijiet mat-tutur biex wasalna għall-aħjar deċiżjonijiet. Sibt ukoll l-għajnuna u l-appoġġ tal-Professur Albert Borg li miegħu ddiskutejt xi aspetti ta’ xogħli. Imbagħad bdejt l-analiżi tiegħi dwar dak li qalu grammaturgi oħrajn sa ma f’ċertu punt kelli nibda nagħmel l-għażliet tiegħi. Wara bdiet il-kitba u sigħat ta’ reviżjoni. Waqt il-kitba kemm-il darba kelli nerġa’ ndur lura lejn xi siltiet minn kotba biex inkun ċert mill-fehmiet imfissra fihom. Xi Diffikultajiet Ħafna studenti jħossu li l-lingwistika hi suġġett tqil u xott, iżda jkolli nistqarr li jien insibha interessanti. Dan ma jfissirx li nsibha faċli. Ħafna drabi nsib lili nnifsi nitħabat ma’ ċerti kunċetti jew ideat u jkolli ngħid li tqal sibthom. Iżda meddejt għonqi għax-xogħol, xogħol li kien jitlob ħafna paċenzja u tfittix fit-tul. Diffikultà oħra kienet il-ħin. Minkejja li bdejt naħdem fuq it-teżi xhur ilu, xorta waħda sibtni magħfus bil-ħin għaliex jidħlu impenji oħra, universitarji u mhux, li huma wkoll ikun jeħtiġilhom ix-xogħol u jridu l-ħin tagħhom. Il-Fasla tal-Kapitli L-ewwel kapitlu hu maħsub biex jagħti ħarsa ħafifa u ġenerali lejn it-tematika li se tkun diskussa. Il-kapitli minn tnejn sa erbgħa huma marbutin flimkien għax isegwu loġikament wieħed mill-ieħor. It-tielet kapitlu jagħti ħarsa lejn it-tieni forma verbali mil-lat tal-forma jew il-binja tagħha u l-iżvilupp u l-interpretazzjonijiet kollha tagħha minn għadd ġmielu ta’ grammaturgi. Jagħti ħarsa wkoll lejn it-tnissil grammatikali ta’ din il-forma u juri wkoll il-karatteristiċi, il-konjugazzjoni u l-assoċjazzjonijiet kollha ta’ din il-forma verbali. Ir-raba’ kapitlu jippreżenta l-aspett semantiku ta’ din il-forma. Fih rajna ttifsiriet differenti li ġew assoċjati magħha – aktarx f’ġerarkiji differenti – fid-diversi xogħlijiet grammatikali. Osservajna wkoll ir-rabtiet semantiċi ta’ forom grammatikali oħra ma’ din il-forma. Minkejja li l-kapitli dwar il-forma u t-tifsira fridniehom minn xulxin, dejjem żammejna f’moħħna li l-istruttura u t-tifsira ta’ din il-forma huma interdipendenti u komplimentari għal xulxin. Fridniehoim biss għal raġuni ta’ studju fid-dettall. Il-ħames kapitlu jagħlaq dan ix-xogħol billi jagħti ħarsa lejn id-derivattivi nominali ta’ din il-forma, jiġifieri n-nom verbali, il-partiċipji u n-nom tal-aġent. Biex dan ix-xogħol ikun ta’ siwi akbar għal min irid ikompli jistħarreġ din ilforma, ħsibna li fl-appendiċi nagħtu l-ewwel il-lista sħiħa tal-verbi tat-tieni forma li ġbarna bit-tifsir tagħhom, imbagħad il-lista tal-verbi mistħajla tat-tieni forma, jiġifieri dawk maħluqa mil-lessikografi permezz tal-analoġija.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese language -- Verben_GB
dc.subjectMaltese language -- Grammaren_GB
dc.subjectMaltese language -- Morphologyen_GB
dc.titleIt-tieni forma verbali : struttura u tifsiren_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorGrima, Carlston-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL018.pdf
  Restricted Access
3.99 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.