Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4168
Title: L-għan didattiku f'"Il-Ħabib tal-Maltin'
Authors: Mercieca, Melanie
Keywords: Il-Habib tal-Maltin (Newspaper) -- History
Journalism -- Malta
History -- 19th century
Maltese literature -- 19th century
Issue Date: 2011
Abstract: Waħda mill-iktar ġranet importanti fl-istorja ta’ Malta kienet it-22 ta’ Marzu 1839, meta Malta ngħatat il-libertà tal-istampa mill-Gvernatur Ingliż. Dan kien ifisser li minn dakinhar ma kienx baqa’ ċensura fuq kulma kien jinkiteb f’Malta, bħalma kien hemm sa ftit qabel, u għalhekk iċ-ċittadini Maltin setgħu jippublikaw dak li tixtieq qalbhom. F’dak iż-żmien kien hawn ħafna refuġjati Taljani li kienu jgħixu f’Malta minħabba ż-żmien ta’ taqlib li kienet għaddejja minnu l-Italja. Il-libertà tal-istampa kienet ix-xoqqa f’moxtha għalihom biex joħorġu gazzetti mimlija propaganda ħalli l-Italja tkun tista’ tingħaqad malajr kemm jista’ jkun. Xi gvernijiet ta’ pajjiżi u reġjunijiet Ewropej, bħal dak Awstro-Ungariku u dak Borboniku, ma għoġbithomx l-idea li l-awtoritajiet f’Malta jikkonċedu din il-libertà għax kien hemm min seta’ jinqeda biha biex jitkellem u jikteb kontra l-oppressuri ta’ pajjiżu. Waqt li wieħed ma jista’ jinjora qatt ir-rabta li kellha Malta mal-Knisja, u l-fatt li l-kittieba Maltin kienu spiss influwenzati minnha f’dak li jiktbu, xorta jrid jingħad li bl-għoti tallibertà tal-istampa l-għadd ta’ gazzetti li bdew ħerġin sploda f’qasir żmien. L-ewwel gazzetti li bdew jinkitbu bil-Malti jew favur il-lingwa Maltija ħarġu sa mis-sena 1838, jiġifieri qabel it-tneħħija uffiċjali taċ-ċensura. Barra dawn il-gazzetti kien hemm oħrajn bit-Taljan li ħarġu qabilhom (Frendo 2003: 17-19).
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4168
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL019.pdf
  Restricted Access
2.56 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.