Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4171
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-07-20T08:24:30Z-
dc.date.available2015-07-20T08:24:30Z-
dc.date.issued2011-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4171-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractF’dan ix-xogħol, qed jiġi mistħarreġ is-settur tal-gazzetti bikrija Maltin, b’mod partikolari l-gazzetta In-Nemes, li twaħħad flimkien l-aspett letterarju ma’ dak soċjali u kulturali. In-Nemes, bħal ħafna ġurnali oħra tas-seklu dsatax, ma kellhiex ħajja twila ħafna, iżda minkejja dan xorta kienet interessanti u tat il-kontribut umli tagħha għat-tiswir tal-letteratura Maltija kif ukoll lejn il-ħajja politika, billi pprovdiet bosta informazzjoni lill-qarrejja. Il-letteratura bikrija Maltija ma kinitx għanja daqs dik espressa b’ilsna oħra, iżda xorta waħda kellha s-siwi tagħha, għaliex mingħajr l-esperimenti bikrija ma setgħetx tinħoloq il-bażi għal espressjoni aktar raffinata. Il-politika kienet tikkostitwixxi ukoll aspett fundamentali ta’ din il-gazzetta, li kienet sikwit tikkritika jew tfaħħar il-kandidati li kkontestaw l-elezzjonijiet għallKunsill tal-Gvern. Il-letteratura, il-lingwa u l-ġrajjiet Maltin tas-seklu dsatax huma oqsma ta’ ċertu interess għaliex huma mera ta’ minn xiex għaddew il-Maltin ta’ dak iż-żmien u xhieda tas-sentimenti u l-ħajjiet tagħhom. Fil-fatt, wieħed mill għanjijiet tiegħi huwa li noħroġ aktar fid-deher il-ġrajjiet li seħħew f’dak il perjodu u r-riflessi letterarji u lingwistiċi tagħhom. Xtaqt ukoll insir iżjed midħla tal-gazzetti antiki għaliex, minħabba rrarita` tagħhom, huma sors ġenwin ta’ informazzjoni. Xi ftit mill-gazzetti li beħsibni nikkonsulta sabiex nipprofondixxi din ir-riċerka huma: Don Basilio, Il Corriere Mercantile Maltese u La Croce di Malta. L-għan aħħari ta’ din it-teżina hu li, fl-isfond tal-ġrajjiet tas-seklu dsatax, nanalizza l-kontenut u s-siwi tal-gazzetta In-Nemes. Dan ix-xogħol se jkun imqassam f’erba’ taqsimiet li huma: l-isfond storiku u l-gazzetti fis-seklu dsatax, il-ħajja soċjali u kulturali fis-seklu dsatax, l-aspett politiku f’In-Nemes u l-produzzjoni poetika, il-ħidma teatrali u In-Nemes. Il-ħsieb tiegħi huwa li nittrasforma l-informazzjoni li jiena niġbor matul ir-riċerka tiegħi f’xogħol informattiv li jista’ jkun ta’ fejda għas-soċjeta` kontemporanja tagħna. B’hekk, ikollna għarfien aktar dettaljat dwar il-ħidma tal-antenati tagħna, li tant ikkontribwew biex isawru u jsaħħu l-kultura, illetteratura, il-lingwa u l-identita` tagħna.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectIn-Nemes (Newspaper) -- Historyen_GB
dc.subjectNewspapers -- Maltese -- 19th centuryen_GB
dc.subjectMaltese literature -- 19th centuryen_GB
dc.titleIl-gazzetta satirika 'In-Nemes' (1870) fl-isfond storiku tas-seklu dsataxen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSpiteri, Karen-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL031.pdf
  Restricted Access
2.06 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.