Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4172
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-07-20T08:26:04Z-
dc.date.available2015-07-20T08:26:04Z-
dc.date.issued2011-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4172-
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractL-għan ta’ din it-teżi hu li nsiru nafu aktar mill-qrib ġeneru ewlieni tal-letteratura popolari, il-makkjetta. Din hija waħda mill-ewwel forom ta’ kanzunetti jew għanjiet umoristiċi Maltin, li kellha s-sehem importanti, kemm bil-kitba u kemm bir-reċtar, biex tferraħ u tiddeverti lill-poplu Malti matul bosta għexieren ta’ snin. Meta t-tutur tiegħi, il-Prof. Manwel Mifsud, indikali l-makkjetta bħala ġeneru li jistħoqqlu jiġi rikonoxxut għas-sehem importanti tiegħu, urejt interess mal-ewwel. Ftit li xejn kont naf fuq il-makkjetta iżda, meta bdejt ir-riċerka tiegħi għal dan ix-xogħol, indunajt kemm hu ġeneru vast, ġenwin u oriġinali. Billi qatt ma kien hemm kitba jew definizzjoni ċara tal-makkjetta, f’dan ix-xogħol fittixt li ndur kull fejn nista’ biex nibni mill-qiegħ it-tifsira u l-istorja tal-iżvilupp tagħha. Qattajt xhur sħaħ nintervista lin-nies minn oqsma differenti. Ħsibt li nitkixxef sewwa l-ħsibijiet tagħhom u nixrob kemm nista’ mit-tagħrif u l-esperjenza li offrewli dwar il-makkjetta. Komplejt billi qgħadt nisma’ kull makkjetta li ġiet f’idejja, niġbor il-lirika tal-makkjetti kollha li rnexxieli nsib, nieħu r-ritratti tal-kitbiet oriġinali tal-makkjetti, infittex ir-rikordings, nifli kull biċċa kitba li għandha x’taqsam mal-makkjetta, fl-arkivji Nazzjonali tar-Rabat, fl-arkivji tax-Xandir u fil-Biblijoteka. Wara ħidma intensiva ta’ sena sħiħa, fl-aħħar kien wasal iż-żmien biex dawn il-frammenti kollha ngħaqqadhom f’ritratt wieħed li jinftiehem. L-ewwel kapitlu, Il-Makkjetta Maltija, ilaqqa’ lill-qarrej mal-metodoloġija li għażilt biex nistudja dan il-ġeneru. Aktar tard fittixt li nagħti d-definizzjoni tal-kelma makkjetta u l-elementi li jsawruha, kemm fil-kuntest Taljan u kemm fl-iżvilupp Malti tagħha. It-tieni kapitlu, L-Ambjenti tal-Makkjetti, jiffoka fuq l-istorja ta’ kif il-makkjetta Maltija tferrxet f’żewġ oqsma ta’ divertimenti lokali, dak tat-teatrin u dak tal-għana. F’dan il-kapitlu ħdimt biex nibni l-kwalitajiet assoċjati mal-makkjetta ta’ kull taqsima u noħroġ ċar fiex jaqblu u fiex inhuma differenti. Fit-tielet kapitlu, Mixja mal-Makkjettisti, il-qarrej isegwi l-mixja bijografika li għamilt mal-aktar makkjettisti magħrufa u li kellhom karriera twila fil-makkjetti. Hawn tajt ħarsa wkoll lejn kif dawn iż-żewġ kurrenti ta’ makkjetti, dik ta’ fuq il-palk u dik talgħana, mhumiex maqtugħin minn xulxin, imma spiss jiltaqgħu u jiddakkru minn xulxin. Din il-kitba hija biss il-pedament, il-għaliex it-tkomplija tal-binja tat-teżi tinsab fl-addenda u fuq il-ħames cds mehmużin ma’ xogħli. Fl-ewwel parti taladdendahemm tabellali turi min kienu l-intervistaturi li intervistajt, u wara daħħalt numru żgħir ta’ traskrizzjonijiet tal-intervisti.Fis-sewwa, l-għadd ta’ intervisti li għamilt kien kbir, tant li jilħaq is-sittin ruħ. Dawn fihom infushom jidhirli li huma ġabra ta’ interess kbir għal min irid jissokta fl-istudju tal-ispettaklu popolari f’Malta. Ħafna minn dawn it-traskrizzjonijiet ma stajtx indaħħalhom fit-teżi minħabba l-ispazju, imma xorta waħda wieħed jista’ jsibhom fuq is-cd L-Intervisti u t-Traskrizzjonijiet. Dawn it-traskrizzjonijiet huma l-pedamenti ta’ xogħli l-għaliex fuqhom tistrieħ ilmaġġoranza tal-informazzjoni miktuba. Barra minn hekk, fit-tieni parti tal-addenda, hemm numru ta’ tabelli li juru l-ġabra tal-makkjetti. Fit-tielet parti tal-addenda ħsibt ukoll biex indaħħal il-lirika tal-makkjetti ta’ wħud mill-makkjettisti biex isservi bħala eżempju u illustrazzjoni ta’ dak li fissirt fit-teżi. Taqsima sebgħa tal-addenda tikkonsisti f’diversi ritratti tal-makkjettisti li ġbart mingħand bosta nies ġenerużi li intervistajt. Ta’ din l-għajnuna niżżihom ħajr minn qalbi. L-argumenti mfissra f’dan ix-xogħol jistrieħu fuq il-materjal mifrux f’ħames cds. Id-deskrizzjoni ta’ x’hemm f’kull waħda minnhom tinstab ukoll f’taqsima ħamsa taladdenda. Is-cds jisimhom Ġabra ta’ Makkjetti, L-Intervisti u t-Traskrizzjonijiet, Intervisti Oħrajn, Il-Makketta Interpretata u Ġabra ta’ Makkjetti mill-Festival talGħana. Tul dan ix-xogħol semmejt u rreferejt għal diversi makkjetti u programmi, li ħafna minnhom jinsabu f’din il-ġabra. Din il-ġabra ta’ riżorsi għandha titqies bħala ħolqa waħda mal-kitba. Kif il-makkjetta ma tistax tibqa’ biss fuq pitazz imma trid tinqala’ u tiġi rreċtata, hekk ukoll wieħed ma jistax joqgħod biss fuq il-kitba, imma għandu jisma’ l-intervisti u l-makkjetti, u jara kif din ġiet interpretata fuq il-palk, biex japprezza sewwa s-siwi ta’ dan il-ġeneru. Fl-aħħar nett nixtieq ngħid li għad baqa’ ħafna riċerka xi ssir fuq il-ġeneru talmakkjetta. Għalkemm f’xogħli ġbart aktar minn elf u ħamsin makkjetta, għad fadal numru kbir ieħor li għadhom imferrxin fil-gazzetti jew inkella mitluqin jew minsijin f’xi kaxxa qadima mimlija skripts u skeċis. It-tama tiegħi hi li x-xogħli jixħet l-ewwel merżuq dawl fuq dan id-divertiment u li jservi ta’ lixka għal aktar studji fuq dan il-qasam, ħalli l-ġeneru interessanti talmakkjetta u l-ambjent ikkulurit li fih kienet tinħadem ikomplu jqajmu interess.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectWit and humoren_GB
dc.subjectTheater -- Maltaen_GB
dc.subjectFolk songs, Malteseen_GB
dc.titleIl-makkjetta : riċetta Maltija għall-buri u l-geddumen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSlattery, Kurt-
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL028.pdf
  Restricted Access
21.93 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.