Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/44384
Title: Luċjan Pullicino - il-bniedem ta' kull stagun
Other Titles: Luċjan il-kaċċatur : sitt snin minn mewtu
Authors: Pirotta, Manoel
Keywords: St. Julians (Malta) -- History
Feast of St. Julian the Hospitaller -- Malta -- St. Julians
Pullicino, Luciano -- Biography
Boċċi (Game) -- Malta -- St. Julians
Soccer -- Malta -- St. Julians -- History
Hobbies -- Malta -- 20th century
Hunting -- Malta -- 20th century
Issue Date: 2018
Publisher: San Ġiljan : Soċjetà Mużikali Spinola
Citation: Pirotta, M. (2018). Luċjan il-kaċċatur : sitt snin minn mewtu. Festa San Ġiljan Ospitalier 2018, 77-87
Abstract: Fl-artiklu ta’ dis-sena ser nitkellmu fuq xi delizzji u sport li kien iħobb jipprattika Luċjan fil-ħin liberu tiegħu. Kif jaf kulħadd, il-kaċċa minn dejjem kienet ħafna għall-qalb il-Ġiljaniżi. Dan għaliex, sa minn żmien il-Kavallieri tal-Ordni, San Ġiljan kellu firxa kbira ta’ raba’ u xagħri, miżgħud b’kull kwalità ta’ siġar li qatt tista’ timmaġina. Fihom kienu jistrieħu l-għasafar waqt li jpassu għatxana u għajjiena mejta minn fuq il-gżejjer Maltin. Tista’ tgħid li, f’kull dar Ġiljaniża kont issib xi senter. Fost dat-talin insibu lil Salvu Cefai li għal ħafna żmien kien is-sagristan tal-knisja l-qadima fi żmien il-kappillani Bonanno, Debono u Grech. Kien hemm saħasitra qassisin li servew bħala kappillani fil-parroċċa li kienu wkoll kaċċaturi akkaniti, fosthom Dun Guido Calleja u Dun Ġwann Galea, li inċidentalment, it-tnejn huma wkoll kompożituri ta’ mużika sagra. Ukoll, fi żmien il-parrokat ta’ Dun Tony Agius daħlet il-famuża sparatura in bianco minn fuq il-bejt tal-knisja waqt l-ħruġ tal-vara nhar il-festa. Das-salut bl-iskrataċ mimlijin biss biż-żigarelli bl-ilwien Ġiljaniżi joħloq effett tassew sabiħ, u li hu wieħed mill-attrazzjonijiet ewlenin f’dil-festa.
Description: This article contains the following images : Lucjan il-kaccatur - It-tim tal-Balluta Water Polo Club (1963) - Lucjan Pullicino (Firma) - Balluta March - Kaccatur - Muskettier - Loghob tal-Petanka
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/44384
Appears in Collections:Scholarly Works - JCMus



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.