Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/45446
Title: Casino Principale San Giuseppe : skoperta ta' statuti bikrija
Authors: Farrugia, Charles J.
Keywords: Fasts and feasts
Feast of St. George -- Malta -- Kirkop
Feasts, Religious -- Malta -- Kirkop
Socjeta Muzikali San Guzepp (Kirkop, Malta) -- History
Issue Date: 2017
Publisher: Soċjeta' Mużikali San Ġużepp
Citation: Farrugia, C. J. (2017). Casino Principale San Giuseppe : skoperta ta’ statuti bikrija. Programm Festa San Ġużepp 2017, Ħal Kirkop , 121-125.
Abstract: Meta ftit tas-snin ilu bdejna proġett intensiv sabiex niġbru eluf ta’ dokumenti tal-Pulizija kont naf li dawn fihom potenzjal kbir għal ħajja ta’ kuljum fl-irħula tagħna. F’dawn id-dokumenti hemm ir-risposti għal ħafna passaġġi tal-istorja li ghadhom sal-lum imtappna minhabba nuqqas ta' sorsi. Kull fejn ikun hemm nuqqas ta’ sorsi primarji jinfetaħ spazju għal immaġinazzjoni u teoriji li meta ripetuti fuq medda ta’ snin isiru sors fihom infushom. Filwaqt li jista’ jkun li dawn l-istejjer ikunu veri, huma biss is-sorsi primarji li jkunu jistgħu jivverifikaw, jew isaħħu dawn l-istejjer. Fil-ġrajjiet miktuba tal-irħula tagħna, u aktar u aktar tal-każini, għandna ħafna minn dawn il-miti. Konvint li aktar ma niftħu dokumenti, aktar l-istorja ser tiċċara ruħha. Diġà kelli l-okkażjoni niżvela diversi dokumenti ġodda fl-istorja ta’ Ħal Kirkop. Dan b’mod speċjali fl-istorja tal-partit u l-festa ta’ San Ġużepp. Il-fajl li qed nanalizza ma’ dan l-artiklu ser jara d-dawl għall-ewwel darba. Nistqarr li dan wasal b’kumbinazzjoni meta l-persuna li kien qed jipproċessa dan il-materjal ġibidli l-attenzjoni. Peress li diġà għaddew is-70 sena minn fuqu (il-perjodu li għalih is-sorsi kollha tal- Pulizija huma magħluqa) stajt nippubblikah. Nispera li fi ftit snin oħra nkunu nistgħu niftħu l-kollezzjoni kollha għar-riċerka pubblika.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/45446
Appears in Collections:Scholarly Works - FacMKSLIAS

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Casino_Principale_San_Giuseppe_skoperta_ta’_statuti_bikrija_2017.pdf7.96 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.