Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/4717
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-08-20T09:06:11Z
dc.date.available2015-08-20T09:06:11Z
dc.date.issued2011
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/4717
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractImmanuel Mifsud iħares lejn il-ħajja b’lenti ta’ kummentatur soċjali li jixtieq iġarrab l-esperjenza li din tagħti. Għalih il-proża qiegħda hemm biex jiżvoga r-rabja tiegħu lejn id-dinja kif ukoll lejn pajjiżu (el Ouazzani). Hu għandu mħabba kbira lejn in-nies fqar u emarġinati. Dan jurih f’wieħed mill-ewwel xogħlijiet tiegħu, Stejjer ta’ Nies Koroh, fejn jippreżenta stejjer ta’ nies foqra u ta’ nies li jsiru sinjuri mil-lum għal għada li wħud minnhom ma jafux x’se jagħmlu bi flushom. Hemm intellettwali li m’għandhomx kontroll fuq ħajjithom, pagani li jitkellmu fuq Alla, u ġenituri u tfal li jabbandunaw ir-rwoli stabbiliti tagħhom. Għal Mifsud din hija kategorija “ġdida” ta’ nies, ġdida għax il-letteratura Maltija tal-imgħoddi kienet tinjora l-istorja tagħhom, li m’għadhomx jiġġieldu kontra l- ħajja iżda jaċċettawha kif inhi. Hu ma jħossx li għandu jiġġudikahom lil dawn ilkarattri, u fil-fatt ma jqisx lilu nnifsu bħala moralist, għax fl-aħħar mill-aħħar kull bniedem jinsab waħdu u r-realtà tagħhom f’Malta hija magħrufa (Vella Mark). Skont uħud minn dawk li kitbu dwar ix-xogħlijiet tiegħu, Immanuel Mifsud għandu vuċi awtentika li biha jrid “iwassal messaġġ” (Ellul Vincenti). Però skont Jonathan Culler, u Mifsud jaqbel ma’ dan il-ħsieb, il-letteratura hija lpreżenza tal-lingwa u t-tifsir tagħha. Permezz tal-forma jew struttura, in-novella tkun qed turi l-ambizzjoni ta’ Mifsud. Kull kelma hija tifsira li tħalli lill-qarrej ħosbien fuq dak li qed jiġri madwaru u aktar importanti, fuq dak li l-awtur ikun jibni l-istorja tiegħu (Culler 75). Mifsud mhux psikologu jew moralista li jrid jurina dak li hu tajjeb jew dak li hu ħażin. Hu jrid joħloq mistoqsijiet fil-qarrej u jagħmel dan billi juża diversi figuri tad-diskors fosthom l-anafora, ir-ripetizzjoni, l-epiżewski, il-metafora u oħrajn. Veru li s-soċjetà tagħna tinsab fi stat ta’ dekadenza? Għaliex in-nies isibu r-refuġju tagħhom fuq l-internet, fid-droga jew fix-xorb? Dawn huma uħud millmistoqsijiet li jgħaddu minn moħħ il-qarrej. Immanuel Mifsud idaħħal il-poeżija flimkien mat-teknika li ġġorr magħha, fil-proża. Skont Culler, “Poems, in their development of rhetorical operations, may be read as explorations in poetics, just as novels, (as we shall see next,) are at some level reflextions on the making intelligible of our experience of time and are thus explorations in narrative theory ” (111). Fil-kitbiet tiegħu Immanuel Mifsud ifittex il-verità mingħajr ma juriha direttament. Inkonxjament hu jidħol fil-profond tal-karattru u jippreżentalna l-uġigħ li dan ikun iġarrab minħabba l-eperjenza tal-ħajja. Mifsud jiddiskuti s-sens tal-ħtija, id-dgħufija tas-sesswalità, il- “jien” imkisser u d-dgħufija tal-ispiritwalità.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectMaltese prose literature -- 20th centuryen_GB
dc.subjectMifsud, Immanuel, 1967- -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectNarration (Rhetoric)en_GB
dc.titleNarraturi u strateġiji narrattivi fin-novelli ta' Immanuel Mifsuden_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSaliba, Esther
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
11BAMAL024.pdf
  Restricted Access
1.33 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.