Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/47951
Title: Il-verbi f’sekwenza fil-Malti
Authors: Azzopardi, Kirsty
Keywords: Maltese language -- Verb
Linguistics -- Malta
Issue Date: 2019
Citation: Azzopardi, K. (2019). Il-verbi f’sekwenza fil-Malti (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Fil-Malti spiss tokkorri katina ta’ verbi u din għandha frekwenza għolja mhux ħażin kemm fil-Malti mitkellem kif ukoll fil-Malti miktub. L-għan ta’ din it-teżina huwa li tingħata ħarsa lejn katina verbali magħmula minn żewġ verbi biss: V1 u V2. Għal dan il-għan inġabar kampjun ta’ ktajjen verbali li l-V1 tagħhom ikun jista’ jiġi analizzat. Minħabba limitazzjonijiet ta’ żmien, fuq parir tat-tutur, ma ngħatatx ħarsa fil-fond lejn il-verbi kollha iżda lejn xi wħud li, minħabba l-imġiba simili tagħhom, tpoġġew fl-istess grupp. Fi kliem ieħor, dan ix-xogħol huwa mixja mill-ġenerali għall ispeċifiku u lura għall-ġenerali, li fiha mill-analiżi individwali ta’ għadd ta’ verbi li ġew gruppati flimkien, nerġgħu nimxu lejn il-ġenerali permezz ta’ ġeneralizzazzjonijiet dwar verbi li jappartjenu għall-istess grupp. Tajjeb ngħidu li f’dan l-istudju m’aħniex se nidħlu f’distinzjonijiet ta’ persuna u għadd, jiġifieri mhux se nfittxu li naraw jekk binja li hija possibbli, ngħidu aħna, fit-tielet persuna singular, hix possibbli wkoll, ngħidu aħna, fl-ewwel persuna plural. Din it-teżina hija mqassma fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu se tingħata ħarsa kritika lejn dak li ntqal diġà dwar il-katina verbali fil-Malti. Għad li l-istudji li saru f’dan il-qasam u li jikkonċernaw il-Malti huma ftit ħafna, fl-istess waqt jitfgħu xi ftit tad dawl fuq in-natura tal-katina verbali u juru li hemm orizzonti ta’ studju li għadhom jistennew li jiġu studjati. F’dan il-kapitlu se nitkellmu dwar il-karatteristiċi li minnhom nagħrfu l-katina verbali u wkoll dwar element li jisfida l-unità tal-katina: l-interruttur. Barra minn hekk se nitkellmu wkoll dwar par verbali, jew aħjar binja V1+V2 fejn l ewwel verb ikun wieħed ta’ moviment. It-tieni kapitlu huwa dak tal-metodoloġija u fih se nispjega kif sar il-ġbir tal kampjun ta’ binjiet V1+V2. F’din it-taqsima tal-istudju se jingħataw ukoll tabelli li juru liema kienu l-verbi li dehru fil-V1, dawk li dehru fil-V2 u dawk li dehru fiż-żewġ pożizzjonijiet. Se nitkellem ukoll dwar xi diffikultajiet li ltqajt magħhom fil-proċess ta’ ħidma ta’ din it-teżina u dwar il-proċess li eventwalment wassal għall-analiżi tal-verbi V1. L-analiżi tinsab fit-tielet kapitlu ta’ dan l-istudju u fiha se tingħata ħarsa lejn xi verbi V1 bi mġiba partikolari u lejn il-verbi kollha li huma parti minn dak li qed insejjaħlu grupp A. Se tingħata ħarsa wkoll lejn il-biċċa l-kbira tal-verbi li jinsabu fi grupp B. Tajjeb li ngħid li ħafna drabi mxejt fuq l-intwizzjoni tiegħi ta’ kelliema nattiva tal-Malti sabiex nagħmel ġudizzji lingwistiċi ta’ pari verbali differenti, iżda ħadt ukoll il-ġudizzju ta’ xi kelliema nattivi oħra sabiex l-istampa li tingħata tkun aktar sħiħa. Dan ma jfissirx li l-binjiet li ġew esklużi qed jitpoġġew fil-ġenb għalkollox. Jista’ jagħti l-każ li kelliema nattivi oħra jaċċettaw xi binjiet minnhom u għaldaqstant wieħed jifhem li l-bażi ta’ kollox hija idjolettali. L-appendiċi fuq wara tat-teżina tiġbor il-pari verbali kollha li jsawru l-kampjun miġbur, it-tqassim morfosintattiku ta’ kull verb V1 li jidher fil-kampjun, u wkoll tabella li tgħid liema verbi jappartjenu għal kull grupp. B’dan il-mod tkun tista’ tibda tidher aktar ċara l-istampa tan-natura tal-katina verbali fil-Malti.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/47951
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL002.pdf
  Restricted Access
1.1 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.