Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48296
Title: Il-‘Jien’ ta’ poeti Maltin - definizzjoni psikoloġika ta’ tipi differenti
Authors: Calleja, Jessica
Keywords: Maltese poetry -- 20th century
Maltese poetry -- History and criticism
Poets -- Psychology
Poets, Maltese -- 20th century -- Psychology
Issue Date: 2019
Citation: Calleja, J. (2019). Il-‘Jien’ ta’ poeti Maltin - definizzjoni psikoloġika ta’ tipi differenti (Bachelor’s dissertation).
Abstract: Fil-ġrajja twila tal-kritika letterarja, ġrajja marbuta mill-qrib ma’ oqsma li jixbhuha bħalma huma t-teoloġija u l-filosofija, it-test poetiku jitqies l-aktar bħala kontenut tematiku kif ukoll bħala sistema ta’ figuri retoriċI li bihom id-diskors mhux biss jiftiehem iżda jqanqal ukoll identità ġdida. Għal żmien twil il-poeżija kienet ikkunsidrata bħala xogħol distakkat mill-poeta stess, bħallikieku t-test twieled waħdu u ma għandu ebda qrubija ma’ oqsma oħrajn tal-esperjenza umana. Dan wassal biex il-poeżija u l-poeta kibru flimkien bħala żewġ fergħat li ma kellhomx għeruq komuni. Madanakollu, mal-wasla tar-Romantiċiżmu dan kollu nbidel mill-qiegħ, u l-poeta beda jikseb importanza li qatt ma kellu qabel bħala persuna b’xejriet differenti anki ta’ natura fiżika. Ngħidu aħna s-seklu 19 fl-Ewropa ra xorti kbira u sab il-ġeneru awtobijografiku. Waqt li diversi kittieba pproduċew bijografiji ta’ poeti partikolari, hekk ukoll il-poeti mhux biss saru aktar awtobijografiċi fit-testi tagħhom, iżda xi drabi kitbu wkoll il-bijografija tagħhom stess. Sa madwar l-ewwel għexieren tas-snin tas-seklu 20, il-figura tal-poeta kienet għadha pjuttost meqjusa bħala sagra, differenti mill-kotra mogħnija b’xejriet mitwielda li jgħolluh 'il fuq, ogħla minn kull kategorija umana oħra.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48296
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2019
Dissertations - FacArtMal - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19BAMAL012.pdf
  Restricted Access
828.41 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.