Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50269
Title: From Islam to Christianity : the case of Sicily
Other Titles: Religion, ritual and mythology : aspects of identity formation in Europe
Authors: Dalli, Charles
Keywords: Arabs -- Malta -- History
Sicily (Italy) -- History
Islam -- History
Normans -- Italy -- Sicily -- History -- To 1500
Issue Date: 2006
Publisher: Edizioni Plus
Citation: Dalli, C. (2006). From Islam to Christianity : the case of Sicily. In J. Carvalho (Ed.), Religion, ritual and mythology : aspects of identity formation in Europe (pp. 151-169). Pisa: Edizioni Plus.
Abstract: L-istorja ta’ Sqallija mis-seklu disgħa sas-seklu tnax intisġet madwar sensiela ta’ ġrajjiet li bidlulha darba għal dejjem il-karattru tagħha. Sakemm ħakmu l-gżira minn idejn il-Biżantini, l-Għarab damu mis-sena 827 sas-sena 902. Il-kontroll ta’ l-ikbar gżira Mediterranja tahom is-setgħa li jikkolonizzawha, u dan wassal sabiex l-ilsien, it-twemmin u l-kultura tad-dinja Għarbija rabbew l-għeruq bis-saħħa tal-klassi ġdida mexxejja u ta’ parti mdaqqsa mill-popolazzjoni li waslet hekk kif il-gżira saret parti minn Dar l-Islam. Madankollu, fi Sqallija tas-seklu ħdax kien għadhom jgħixu eluf ta’ nsara Griegi, kif ukoll għadd imdaqqas ta’ Lhud. Il-ħakma Normanna ta’ Sqallija ġabet magħha bidla kbira fil-ġerarkija politika u soċjali tal-pajjiż. Minn tmiem is-seklu ħdax il-gżira ssieħbet ma’ l-Ewropa Latina, u dan nissel tibdil mill-qiegħ fl-istrutturi tal-ħajja u fl-identitajiet individwali u kollettivi ta’ saffi differenti. Fis-seklu tnax Sqallija kellha sehem ewlieni fit-tfassil tas-Saltna Normanna, u l-belt ewlenija tagħha, Palermo, nbidlet minn metropoli Gharbija f ’belt kapitali rjali. Dan l-istudju qasir jifli l-iżviluppi li seħħew taħt in-Normanni, u jingħaqad ma’ storiċi ta’ żmienna li leħħnu dubji dwar il-kwadru pożittiv ta’ tolleranza reliġ juża u etnika fl-istorjografija tradizzjonali ta’ Sqallija minn Ruġġieru II sa Federiku II. Minflok, qegħdin joħorġu iżjed ċari t-tensjonijiet u l-firdiet bejn komunitajiet differenti Sqallin skond twemmin reliġ już u nisel etniku. Sa nofs is-seklu tlettax, il-popolazzjoni Musulmana ta’ Sqallija kienet għebet għal kollox, bl-aħħar ftit eluf itturufnati fil-belt ta’ Lucera; fil-waqt li l-kultura nisranija Griega ġiet imwarrba, u l-Għarbi baqa’ mitkellem biss mill-minoranza Lhudija, flimkien man-nies ta’ Malta, Għawdex u Pantellerija. L-iSqalli ta’ tmiem is-seklu tlettax ftit li xejn kellu x’jaqsam ma’ l-imgħoddi Għarbi tal-gżira, bħallikieku l-istorja ta’ Sqallija bdiet fl-1091.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50269
ISBN: 88-8492-404-9
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtHis

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
From_Islam_to_Christianity.pdf
  Restricted Access
178.19 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.