Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50952
Title: Statva Argentea : l-istatwa tal-fidda ta' San Filep ta' Luigi Fontana f'Haz-Zebbug : gabra ta kitbiet fuq kapolavur tal-arti li twahhad u tkabbar l-identita tal-poplu Zebbugi
Other Titles: Statva Argentea : Luigi Fontana's silver statue of Saint Philip in Zebbug : a collection of writings about a masterpiece of art that became one with and enhanced the identity of the people of Zebbug
Authors: Għaqda Każin Banda San Filep (Żebbuġ, Malta)
Keywords: Fontana, Luigi, 1827-1908. St. Philip of Agira (Żebbuġ, Malta)
Philip, of Agira, Saint, active 5th century -- Processional statues -- Malta -- Żebbuġ
Processional statues -- Malta -- Żebbuġ
Parish Church of St. Philip of Agira (Żebbuġ, Malta)
Fontana, Luigi, 1827-1908 -- Criticism and interpretation
Sculptors -- 19th century -- Biography
Silverwork -- Italy -- Rome -- History - 19th century
Żebbuġ (Malta) -- History
Għaqda Każin Banda San Filep (Żebbuġ, Malta) -- History
Philip, of Agira, Saint, active 5th century -- Cult -- Malta -- Żebbuġ
Trevisan, Salvatore Tommaso, 1810-1896
Mifsud, Salvatore, -1869
Ciappara, Salv, 1833-1904
Pullicino, Paolo, 1815-1890
Minardi, Tommaso, 1787-1871
Issue Date: 2013
Publisher: Żebbuġ : Għaqda Każin Banda San Filep
Citation: Balzan, P., Borg, J.P. & Sciortino, P. (Eds.) (2013). Statva Argentea : l-istatwa tal-fidda ta' San Filep ta' Luigi Fontana f'Haz-Zebbug : gabra ta kitbiet fuq kapolavur tal-arti li twahhad u tkabbar l-identita tal-poplu Zebbugi. Żebbuġ : Għaqda Każin Banda San Filep
Abstract: Dan il-ktieb hu frott ta’ żewġ xewqat. L-ewwel waħda hi dik li fl-okkażjoni tal-150 sena mill-wasla tal-istatwa ta’ San Filep ġewwa Ħaż-Żebbuġ, nerġgħu nfakkru l-avvenimenti ta’ dawk iż-żminijiet. It-tieni xewqa hi dik li llum, fid-dawl tal-istorja, inkunu nistgħu nifhmu aħjar dawk il-forzi li sawru din il-kummissjoni unika mhux biss f ’Malta iżda wkoll fid-dinja. L-iskultura fil-metall ta’ dan id-daqs normalment insibuha fil-bronż u tintuża filwesgħat u fiċ-ċentri tal-ibliet. Għalhekk wieħed ma jiskantax li statwa tal-pjanċi talfidda ta’ dan id-daqs u li tintuża b’dan il-mod hija verament kapulavur artistiku uniku li jixraqlu l-istudju u l-attenzjoni kollha meħtieġa. Is-soċjetà Każin Banda San Filep ħasbet biex, kif għamlet dejjem, ma tonqosx li tagħmel l-almu tagħha biex jitfakkar il-passat u fl-istess ħin tixħet dawl ġdid fuqu. Kienu sewwasew il-membri fis-snin bikrin tagħha, flimkien ma’ oħrajn, li taw sehemhom filġbir u ħwejjeġ oħra. Din is-soċjetà, li twieldet ftit tas-snin qabel, hi wkoll frott ta’ dawk il-forzi storiċi li kkontribwew għal din l-istatwa. Mal-milja taż-żminijiet, qegħdin insibu li r-rabta bejniethom hi ħafna aktar ċara u profonda. Barra mill-aspett lokali, dan il-kapulavur jinkwadra sew mal-mewġ tal-istorja politikosoċjali ta’ Malta u ta’ Ruma tal-Papiet. Is-snin ħamsin u sittin tas-seklu dsatax kienu snin imqanqla politikament, soċjalment u ekonomikament. Il-Maltin bdew jieħdu nifs ġdid permezz ta’ progress ekonomiku u l-ħelsien mill-mard u l-insigurtà tal-ewwel nofs tas-seklu dsatax. Bdew jerġgħu jaħsbu fil-futur tagħhom bħala Nazzjon Malti. Ruma kienet għaddejja minn taqlib ieħor minħabba r-riżorġiment li kien qabad ritmu qawwi. Dan kollu kien rifless fil-qasam tal-arti sew lokalment u sew barra minn Malta. L-għan ta’ dan il-ktieb hu prinċipalment li nidħlu biżżejjed fid-dettall ta’ dawn l-avvenimenti u l-isfond ta’ madwarhom mingħajr ma ndejqu żżejjed lill-qarrej. Fl-istess ħin, din l-istatwa jixirqilha rikonoxximent li ssibu biss meta tidħol sewwa fl-isfond daqskemm fil-merti artistiċi tagħha.
Description: Includes : Rome-Malta : a two hundred year context for artistic commissions from Rome / Keith Sciberras - Tommaso Minardi, la sua scuola, i suoi allievi Maltesi / Marisa Calisti - Sotto il segno di Tommaso Minardi : Luigi Fontana sulla scena artistica romana di meta Ottocento / Giovanna Capitelli - The significance of Luigi Fontana's St Philip of Agira in the context of 19th century art in Malta / Mark Sagona - Harsa generali lejn l-istatwi processjonali Maltin bhala metafora politika : l-istatwa ta' San Filep u l-purcissjonijiet religjuzi gewwa Haz-Zebbug matul is-seklu dsatax / Simon Mercieca - Zvilpp tal-ikonografija ta' San Filep ta' Aggira, f'Malta / Raymond Saliba - Epilogu : Haz-Zebbug u r-ruh nazzjonali / Oliver Friggieri - Appendici
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50952
ISBN: 9789995705213
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCFAScu

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Statva Argentea_31-5-13.pdf9.86 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.