Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50985
Title: Il-librerija ta' Dun Mikiel Xerri u l-kotba li kellu Gugliermo Lorenzi
Other Titles: X'kienu jaqraw dawk li haduha kontra l-Franċiżi
Authors: D'Anastas, Noel
Keywords: Xerri, Mikiel, 1737-1799
Xerri, Mikiel, 1737-1799 -- Library -- Catalogs
Xerri, Mikiel, 1737-1799 -- Books and reading
Private libraries -- Malta -- Catalogs
Żebbuġ (Malta) -- Biography
Lorenzi, Guglielmo, 1734-1799 -- Books and reading
Zarb, Bartholomew -- Books and reading
Russo, Salvatore -- Books and reading
Issue Date: 2005
Publisher: Żebbuġ : Għaqda Każin Banda San Filep
Citation: D'Anastas, N. (2005). Il-librerija ta' Dun Mikiel Xerri u l-kotba li kellu Gugliermo Lorenzi. Festa [San Filep, Żebbuġ], 2005, 125-135
Abstract: Dan l-artiklu jiffoka fuq il-kotba li nstabu fil-librerija privati ta' nies li kienu haduha kontra il-Francizi, fosthom, Dun Mikiel Xerri, Guglielmo Lorenzi, iz-Zebbugi Bartolomew Zarb maghruf bhala "ta nurata" u Salvatore Russo. Il-librerija ta’ Dun Mikiel Xerri kienet tikkonsisti f’509 ktieb li kienu gew stmati ghal 188 skud u 7 tari. Dawn il-kotba mpoggija f’hames vetrini kienu mqassma f’bosta suggetti fosthom 366 meqjusa bhala opri jew kotba ta’ certu valur u daqs. Kellu wkoll 33 ktieb li kienu mfardin u 110 meqjusa bhala operette jew xoghlijiet ta’ inqas importanza. F’din il-kollezzjoni nsibu numru kbir ta’ kotba dwar it-teologija, morali u ligi kanonika. Kellu gabra komprensiva ta’ kotba tat-talb, priedki u panegierki. Kellu wkoll 14-il volum bil-Franciz ta’ l-edizzjoni l-gdida 'Sermons de Bourdalorie'. Inkluza fl-ixkaffef tal-vetrini ta’ Dun Mikiel fid-dar tieghu fil-belt kellu l-ittri pastorali tal-Monsinjur Arcisqof ta’ Treves, u d-Duttrina Kristjana tal-Patri Giuseppe Domenico Boriglioni, fundatur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina Kristjana f’Avignone. Bhala ghalliem tal-matematika fis-seminarju, Dun Mikiel htieglu li jkollu diversità ta’ kotba tal-matematika u xjenza biex juzahom bhala kotba tat-test. Hu kien skular kbir tal-filosofija fejn kien professur fl-Università fejn bla dubju fil-librerija kellu numru konsiderevoli ta’ kotba tal-filosofija, izda mhux biss, instabu kotba tax-xjenza inkluza dawk fuq l-astronomija nawtika u tal-grammatika. Barra dawn, Dun Mikiel kien jikkonsulta bosta dizzjunarji. F’dik li hija Melitensja, Dun Mikiel Xerri kellu erba’ kotba : Ta’ Mikiel Anton Vassalli, tal-Vici Kancillier tal-Ordni Gian Frangisk Abela. Il-'Malta Illustrata' kellha l-edizzjoni ta’ Giovanni Antonio Ciantar. Bhal kull akkademiku iehor, Dun Mikiel Xerri kellu gabra ta’ kotba klassici ukoll. Patrijott iehor li ggieled kontra l-Francizi u miet ma’ Dun Mikiel Xerri kien il-Kurunell Gugliermo Lorenzi minn Korsika li kien kursall fuq il-bahar fiz-zmien l-Ordni ta’ San Gwann f’Malta. Fl-inventarju tal-mobbli u oggetti prezzjuzi li kienu fid-dar ta’ Gugliermo Lorenzi nsibu li kellu ftit kotba li kienu ta’ valur importanti ghall-professjoni tieghu. Fil-mezzanin ta' Dun Bartolomeo Zarb ‘ta’ Nurata’ fi Triq il-Punent il-belt ma’ nstab xejn hlief ftit ghodda ta’ mastrudaxxa dilettant li kien juza Zarb. Jidher li fil-25 ta’ Jannar 1799 meta zewg ufficjali fosthom is-segretarju tal-kummissjoni tal-propjetà pubblika marru biex jaghmlu l-inventarju tal-propjetà ta’ Zarb sabu li xi hadd mhux maghruf kien dahal mill-gallerija ckejkna u seraq dak li sab li kien ta’ certa valur. Fost in-numru kbir li gew xkubettati fir-rewwixta tal-Maltin kontra l-Francizi nsibu certu Salvatore Russo mill-belt li kien librar fil-kummerc tal-kotba “arte di libraro”. F'dan l-artiklu insibu l-inventarju tal-kotba li kellu Dun Mikiel Xerri li kien intghamel fis-6 t’Awissu 1799. Ghalkemm fil-passat inkiteb xi taghrif dwar dan l-inventarju, jidher li qatt ma’ gie ppubblikat. Ghalhekk, ghall-ewwel darba qed tigi stampata l-lista shiha ta’ kotba li kellu dan il-patrijott. Fil-kolonni ta’ hdejn it-titlu u l-awtur tal-ktieb, hemm imnizzel id-daqs tal-ktieb, il-volumi f’dak it-titlu, u l-prezz kemm kienu gew stmati.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50985
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCLSBoo

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-librerija ta' Dun Mikiel Xerri u l-kotba li kellu Gugliermo Lorenzi.pdf315.12 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.