Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50985
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-01-28T10:09:23Z-
dc.date.available2020-01-28T10:09:23Z-
dc.date.issued2005-
dc.identifier.citationD'Anastas, N. (2005). Il-librerija ta' Dun Mikiel Xerri u l-kotba li kellu Gugliermo Lorenzi. Festa [San Filep, Żebbuġ], 2005, 125-135en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/50985-
dc.description.abstractDan l-artiklu jiffoka fuq il-kotba li nstabu fil-librerija privati ta' nies li kienu haduha kontra il-Francizi, fosthom, Dun Mikiel Xerri, Guglielmo Lorenzi, iz-Zebbugi Bartolomew Zarb maghruf bhala "ta nurata" u Salvatore Russo. Il-librerija ta’ Dun Mikiel Xerri kienet tikkonsisti f’509 ktieb li kienu gew stmati ghal 188 skud u 7 tari. Dawn il-kotba mpoggija f’hames vetrini kienu mqassma f’bosta suggetti fosthom 366 meqjusa bhala opri jew kotba ta’ certu valur u daqs. Kellu wkoll 33 ktieb li kienu mfardin u 110 meqjusa bhala operette jew xoghlijiet ta’ inqas importanza. F’din il-kollezzjoni nsibu numru kbir ta’ kotba dwar it-teologija, morali u ligi kanonika. Kellu gabra komprensiva ta’ kotba tat-talb, priedki u panegierki. Kellu wkoll 14-il volum bil-Franciz ta’ l-edizzjoni l-gdida 'Sermons de Bourdalorie'. Inkluza fl-ixkaffef tal-vetrini ta’ Dun Mikiel fid-dar tieghu fil-belt kellu l-ittri pastorali tal-Monsinjur Arcisqof ta’ Treves, u d-Duttrina Kristjana tal-Patri Giuseppe Domenico Boriglioni, fundatur tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina Kristjana f’Avignone. Bhala ghalliem tal-matematika fis-seminarju, Dun Mikiel htieglu li jkollu diversità ta’ kotba tal-matematika u xjenza biex juzahom bhala kotba tat-test. Hu kien skular kbir tal-filosofija fejn kien professur fl-Università fejn bla dubju fil-librerija kellu numru konsiderevoli ta’ kotba tal-filosofija, izda mhux biss, instabu kotba tax-xjenza inkluza dawk fuq l-astronomija nawtika u tal-grammatika. Barra dawn, Dun Mikiel kien jikkonsulta bosta dizzjunarji. F’dik li hija Melitensja, Dun Mikiel Xerri kellu erba’ kotba : Ta’ Mikiel Anton Vassalli, tal-Vici Kancillier tal-Ordni Gian Frangisk Abela. Il-'Malta Illustrata' kellha l-edizzjoni ta’ Giovanni Antonio Ciantar. Bhal kull akkademiku iehor, Dun Mikiel Xerri kellu gabra ta’ kotba klassici ukoll. Patrijott iehor li ggieled kontra l-Francizi u miet ma’ Dun Mikiel Xerri kien il-Kurunell Gugliermo Lorenzi minn Korsika li kien kursall fuq il-bahar fiz-zmien l-Ordni ta’ San Gwann f’Malta. Fl-inventarju tal-mobbli u oggetti prezzjuzi li kienu fid-dar ta’ Gugliermo Lorenzi nsibu li kellu ftit kotba li kienu ta’ valur importanti ghall-professjoni tieghu. Fil-mezzanin ta' Dun Bartolomeo Zarb ‘ta’ Nurata’ fi Triq il-Punent il-belt ma’ nstab xejn hlief ftit ghodda ta’ mastrudaxxa dilettant li kien juza Zarb. Jidher li fil-25 ta’ Jannar 1799 meta zewg ufficjali fosthom is-segretarju tal-kummissjoni tal-propjetà pubblika marru biex jaghmlu l-inventarju tal-propjetà ta’ Zarb sabu li xi hadd mhux maghruf kien dahal mill-gallerija ckejkna u seraq dak li sab li kien ta’ certa valur. Fost in-numru kbir li gew xkubettati fir-rewwixta tal-Maltin kontra l-Francizi nsibu certu Salvatore Russo mill-belt li kien librar fil-kummerc tal-kotba “arte di libraro”. F'dan l-artiklu insibu l-inventarju tal-kotba li kellu Dun Mikiel Xerri li kien intghamel fis-6 t’Awissu 1799. Ghalkemm fil-passat inkiteb xi taghrif dwar dan l-inventarju, jidher li qatt ma’ gie ppubblikat. Ghalhekk, ghall-ewwel darba qed tigi stampata l-lista shiha ta’ kotba li kellu dan il-patrijott. Fil-kolonni ta’ hdejn it-titlu u l-awtur tal-ktieb, hemm imnizzel id-daqs tal-ktieb, il-volumi f’dak it-titlu, u l-prezz kemm kienu gew stmati.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherŻebbuġ : Għaqda Każin Banda San Filepen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectXerri, Mikiel, 1737-1799en_GB
dc.subjectXerri, Mikiel, 1737-1799 -- Library -- Catalogsen_GB
dc.subjectXerri, Mikiel, 1737-1799 -- Books and readingen_GB
dc.subjectPrivate libraries -- Malta -- Catalogsen_GB
dc.subjectŻebbuġ (Malta) -- Biographyen_GB
dc.subjectLorenzi, Guglielmo, 1734-1799 -- Books and readingen_GB
dc.subjectZarb, Bartholomew -- Books and readingen_GB
dc.subjectRusso, Salvatore -- Books and readingen_GB
dc.titleIl-librerija ta' Dun Mikiel Xerri u l-kotba li kellu Gugliermo Lorenzien_GB
dc.title.alternativeX'kienu jaqraw dawk li haduha kontra l-Franċiżien_GB
dc.typearticleen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorD'Anastas, Noel-
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCLSBoo

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-librerija ta' Dun Mikiel Xerri u l-kotba li kellu Gugliermo Lorenzi.pdf315.12 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.