Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51674
Title: Il-funzjonijiet u l-merti pedagoġiċi tal-aspett figurattiv tal-ħrejjef Maltin fis-snin medja
Authors: Caruana, Christabel
Keywords: Legends -- Malta
Maltese language -- Study and teaching -- Malta
Symbolism in literature
Allegory
Issue Date: 2019
Citation: Caruana, C. (2019). Il-funzjonijiet u l-merti pedagoġiċi tal-aspett figurattiv tal-ħrejjef Maltin fis-snin medja (Master’s dissertation).
Abstract: Għal ħafna l-ħrafa ma hija xejn għajr storja fantastika mibnija fuq aspetti fittizji u miktuba biex tagħti gost lil udjenza ta’ età żgħira. Madankollu, il-ħrafa nibtet f’dinja illiterata u kienet isservi ta’ għodda didattika sabiex twassal messaġġi moraleġġanti. Ħafna drabi, il-ħrafa kien ikollha s-setgħa li tikxef il-preġji u d-difetti kollha li jkollha s-soċjetà u li ħafna drabi kienu jinħbew taħt il-maskri soċjali li kull individwu kien jadotta. Dan kollu l-ħrafa kien jirnexxilha tagħmlu permezz tas-simboliżmu, mekkaniżmu li jorbot kunċett astratt ma’ wieħed konkrett. Din ir-riċerka ġiet ibbażata fuq dan il-mekkaniżmu fil-ħrafa Maltija u jekk il-ħrafa għadhiex tista’ tiġi kkunsidrata bħala riżorsa simbolika fid-dinja tal-lum. Din id-dissertazzjoni tibda billi qabelxejn tagħti ħarsa letterarja lejn il-kunċett tas-simboliżmu, xi jwassal sabiex entità ssir simbolika u oħra le, xi rwol għandhom is-simboli f’ħajjitna, x’jagħmel individwu simbolikament litterat, u liema huma l-aktar simboli u temi rikorrenti fil-ħrejjef Maltin. Din linformazzjoni serviet ta’ gwida tajba matul is-sessjonijiet ta’ osservazzjoni li wettaqt waqt illezzjonijiet tat-taħdit, iddedikati lill-ħrejjef, fi klassijiet ta’ tmien sena ġewwa skola Medja tal-istat. Dawn l-osservazzjonijiet li għamilt għenuni nifhem aktar il-funzjonijiet u l-merti pedagoġiċi tal-aspetti figrattivi tal-ħrejjef Maltin mal-istudenti adolexxenti u wasluni nwieġeb il-mistoqsija ċentrali f’din id-dissertazzjoni: il-ħrafa għad għandha l-potenzjal li tiġi kkunsidrata bħala riżorsa simbolika?
Description: M.TEACHING&LEARNING.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51674
Appears in Collections:Dissertations - FacEdu - 2019

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
19MTL019.pdf
  Restricted Access
1.62 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.