Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5364
Title: Forom ta' indirizz poetiku fil-poezija ta' Oliver Friggieri
Authors: Piccinino, Marja
Keywords: Maltese poetry -- 20th century -- Criticism and interpretation
Friggieri, Oliver, 1947-2020. Poeziji migbura -- Criticism and interpretation
Poetry, Modern -- 20th century
Issue Date: 2012
Abstract: Din it-teżina tittratta forom differenti ta' indirizz poetiku li Oliver Friggieri juża fl-antoloġija tiegħu Il-Poeżiji Miġbura. Ix-xogħlijiet ta' Friggieri kollha nħolqu f'ambjent modern, kif jixhed il-fatt li hu kien membru attiv fil-Moviment Qawmien Letterarju, li twaqqaf madwar is-sena 1967. Is-sħubija tiegħu f'dan il-moviment flimkien ma' kittieba oħra bħal Joe Friggieri, Albert Marshall, Mario Azzopardi, Daniel Massa, Raymond Mahoney, Achille Mizzi u Philip Sciberras, tista' tagħti l-impressjoni li l-indirizz liriku ta' Friggieri huwa magħġun minn xejriet moderni. Iżda l-moviment modern Malti kien pjuttost tardiv meta mqabbel ma' dak Ewropew, u baqa‟ jinkludi bosta xejriet romantiċi, saħansitra fit-teknika tal-indirizz. Għalhekk, din it-teżina se tistħarreġ indirizz liriku li hu mxettel f'ħamrija romantika, iżda jinkludi wkoll ħafna paradossi modernistiċi. Minkejja l-qtugħ u t-twarrib tal-prosodija tradizzjonali tar-romantiċi, il-Maltin addottaw l-idea li l-kitba moderna tibni relazzjoni produttiva mat-tradizzjoni, kif jargumenta T. S. Eliot fl-esej seminali tiegħu “Tradition and the Individual Talent.” Fi kliem ieħor, mingħajr tradizzjoni ma setax jinħoloq il-moderniżmu, u fatturi tal-indirizz romantiku – ngħidu aħna, l-intimità bejn il-kelliem u s-semmiegħa tiegħu, jew it-twaħħid empatiku bejn il-kelliem u xi element tan-natura indirizzat – jibqgħu evidenti fil-lirika ta' Friggieri. Għalhekk, għalkemm Friggieri jagħmel parti mill-qawmien letterarju tas-sittinijiet, xorta waħda jispikkaw fl-indirizz poetiku tiegħu bosta elementi ta' kontinwità mat-tradizzjoni. Min-naħa l-oħra, wieħed irid iqis dak li jistqarr Cleanth Brooks dwar il-qarrej tal-poeżija moderna: dan “il-qarrej għandu jkun attent għall-bdil fit-ton, stqarrijiet ironiċi, suġġeriment aktar milli stqarrija diretta. Għandu jkun ippreparat biex jaċċetta metodu [espressiv] indirett ” (76).
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5364
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL016.pdf
  Restricted Access
1.39 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.