Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5383
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-10-08T09:25:07Z
dc.date.available2015-10-08T09:25:07Z
dc.date.issued2012
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5383
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractFl-għażla ta’ dan l-ewwel xogħol twil tiegħi żammejt f’moħħi li qabel kollox it-teżi jkollha utilità, sehem fit-tiftix tal-patrimonju ta’ lsienna. Il-proposta li naħdem fuq dizzjunarju storiku mill-ewwel laqtitni, għaliex ħassejt li minn dan it-tip ta’ studju mhux biss stajt nitgħallem jien, iżda oħrajn warajja setgħu jgawdu minn aċċessibilità għall-kliem Malti antik fil-forma ta’ dizzjunarju. Id-damma li qed nippreżenta hija mibnija fuq l-inħawi mxandrin f’Della Descrittione Di Malta Isola nel mare Siciliano con le sue antichità, ed altre notitie, miktub minn Gio Francesco Abela. Dan ix-xogħol, maħruġ f’nofs is-seklu 17, huwa rakkont iddettaljat tal-gżejjer Maltin, fl-isfond ta’ tagħrif storiku, ġeografiku u lingwistiku. Minn dan ix-xogħol miktub bit-Taljan, slitt it-toponomi kollha u xi kliem ieħor antik li Abela jniżżel bil-Malti, skont kif kienu jingħadu b’ilsien il-poplu, u niżżilthom fl-ordni alfabetika. Fil-ftuħ tal-ewwel kapitlu ddiskutejt l-għanijiet ewlenin li għalihom ħdimt f’din il-kitba. Peress li l-għamla tad-dizzjunarju hija waħda toponomastika, ħassejt li jkun għaqli li nagħti tagħrif dwar x’jinvolvi studju dwar l-ismijiet tal-postijiet u dwar xogħlijiet Maltin li saru fuq dan il-qasam minn kittieba Maltin. Minn hemm għaddejt għal spjegazzjoni dwar kif qassamt id-dizzjunarju tiegħi, b’informazzjoni dwar x’jfissru l-kolonni u s-simboli differenti. It-tieni kapitlu hu l-qofol tax-xogħol kollu, id-damma ta’ vokabularju bil-Malti f’xogħol Abela. Fit-tielet kapitlu nagħti ħarsa kronoloġika lejn ħajjet il-kittieb tad-Descrittione, b’dettalji marbuta mal-interess tiegħu f’oqsma differenti ta’ studju, il-ħatriet li ngħata tul iż-żmien u xogħlijiet oħra li fihom ikkollabora. Imbagħad nitkellem fuq il-ktieb innifsu, b’deskrizzjoni ta’ x’jinkorporaw l-erba’ kotba fi ħdan id-Descrittione u kummenti dwar in-‘Notitie’ varji li fihom maqsum il-ktieb. Fis-sezzjoni li ssegwi niddiskuti l-wirt li ħalliet din l-opra. L-importanza lingwistika ta’ dan id-dizzjunarju toħroġ fil-kapitlu analitiku, li fih iddiskutejt fit-tul xejriet rikorrenti ortografiċi, għażliet fonetiċi u morfoloġiċi, bidliet semantiċi u tendenzi lessikali. Minn dan il-kapitlu jistgħu għaldaqstant jinsiltu aspetti kuntrastanti tax-xogħol ta’ Abela f’paragun ma’ kittieba ta’ żmienu, u oħrajn iktar riċenti.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectAbela, Giovanni Francesco, 1582-1655en_GB
dc.subjectAquilina, Guze, 1911-1997 -- Criticism and interpretationen_GB
dc.subjectToponymyen_GB
dc.subjectEncyclopedias and dictionaries, Malteseen_GB
dc.titleL-integrazzjoni fid-dizzjunarju ta' Aquilina tal-ismijiet tal-inhawi migburin fid-Descrittione di Malta ta' Gan Frangisk Abelaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorSchembri, Jessica
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL019.pdf
  Restricted Access
1.88 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.