Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5586
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-10-16T12:27:05Z
dc.date.available2015-10-16T12:27:05Z
dc.date.issued2012
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5586
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractF’dan ix-xogħol se jiġu mistħarrġa ħidmiet li kkontribwiet Lucija Levanzin Inglott fil-qasam tal-letteratura Maltija, jiġifieri l-għadd ta’ artikli intitolati “Għan-Nisa” li dehru lkoll fil-gazzetta In-Naħla, kif ukoll taqbila li kitbet. Dawn il-kitbiet huma xogħlijiet li ġew miktuba fl-ewwel għexieren tas-Seklu 20, fl-1908-1912 u l-1906 rispettivament. L-ewwel ħsieb li kelli kien imur lil hinn minn dan it-taħriġ. Meta kkunsultajt mat-tutur tiegħi, Dr Marco Galea, semmieli lil din il-mara intellettwali u qalli li kienet kitbet artikli speċifikament għan-nisa fil-gazzetta, fid-dati msemmija. Mill-ewwel urejt interess, l-ewwel nett għax kelli kurżità fuq xiex setgħet kitbet u t-tieni għaliex interessani li kienet mara li kitbet f’perjodu meta l-maġġoranza tan-nisa kienu jew injoranti u bla skola, jew ma jaħdmux, u marbuta mad-dar. Fil-fatt, Lucija Levanzin Inglott hi kittieba Maltija mara unika fiż-żmien tagħha u għalhekk kien xieraq li tinkiteb xi ħaġa dwarha. Il-kitbiet tagħha, mhumiex ta’ siwi letterarju għoli. L-għan tagħha kien li bil-kolonni tagħha, kif ukoll bit-taqbila, tgħallem lin-nisa. Dan l-istudju hu l-ewwel wieħed li sar fuq Lucija Levanzin Inglott. Billi kien hemm nuqqas ta’ riċerka fuq ħajjitha, f’dan ix-xogħol iddedikajt l-ewwel kapitlu biex nagħti bijografija bażika tagħha, għaldaqstant fittixt li niġbor kemm nista’ informazzjoni minn oqsma differenti sabiex ikollna sfond ġenerali ta’ ħajjitha. Kienet ta’ għajnuna kbira kitba – qatt ippubblikata – miktuba minn Rev.Professur Edward Fenech, li ġiet trasmessa fuq ir-radju, fuq l-istazzjon Radju Bronja, fit-28 ta’ April 2001. Irnexxieli nikseb ritratt ta’ Lucija Levanzin Inglott kif ukoll insib tagħrif ġdid fittiftixa tiegħi, fost l-oħrajn, id-data tal-mewt tagħha, li ma kienet magħrufa minn ħadd, u dettalji oħra li kienu mifruxa f’kotba u artikli. It-tieni kapitlu, ‘In-Naħla, Gazzetta Lokali tal-Ewwel Nofs tas-Seklu 20’, jiddiskuti fil-qosor l-istorja u l-għanijiet ta’ din il-gazzetta, segwit minn tagħrif dwar il-kontribut ta’ Lucija Levanzin Inglott fl-istess ġurnal. It-tielet kapitlu, ‘L-Artikli “Għan-Nisa”’, hu msawwar minn diskussjoni dwar il-kitbiet ta’ Lucija Levanzin Inglott fil-perjodiku. Primarjament, qabel id-diskussjoni tal-artikli, tingħata informazzjoni dwar il-qagħda soċjali tan-nisa f’Malta fil-bidu tas-Seklu sabiex tinftiehem aħjar il-għażla ta’ suġġetti li titkellem fuqhom Levanzin Inglott. Dan huwa segwit minn diskussjoni tal-artikli varji maqsuma f’sottotitli skont l-għażla tassuġġett. Wara tingħata osservazzjoni ġenerali dwar l-artikli, kif ukoll dwar il-pożizzjoni li ħadet Levanzin Inglott waqt li kienet qed tikteb dawn il-kitbiet. Fir-raba’ kapitlu, il-qarrej għandu jistenna tagħrif rigward taqbila li hi attribwita lil Lucija Levanzin Inglott, traskrizzjoni tat-taqbila għall-ortografija attwali, kif ukoll sfond storiku qsajjar ta’ kif waslet biex tikteb din il-kitba. Fl-aħħar ta’ dan ix-xogħol, fl-appendiċi, ġew mehmuża dokumenti varji fosthom iċ-ċertifikati ta’ ħajjet Lucija Levanzin Inglott, kif ukoll dokumenti li jixhdu li l-kittieba ma baqgħetx tgħix ġewwa gżiritna. Wara dawn id-dokumenti, issegwi l-kitba ta’ Rev.Professur Edward Fenech dwar il-kittieba, li qatt ma kienet ġiet stampata. Inkludejt ukoll kopja tal-oriġinali tat-taqbila tagħha kif dehret stampata fl-1906.en_GB
dc.language.isoenen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectLevanzin Inglott, Lucija, 1874-1949en_GB
dc.subjectMaltese literature -- 20th centuryen_GB
dc.subjectFemale authors -- Criticism and interpretationen_GB
dc.titleLucija Levanzin Inglott : hajjitha u hidmiethaen_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorBilocca, Mandy
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL003.pdf
  Restricted Access
6.32 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.