Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58248
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-06-25T10:04:49Z-
dc.date.available2020-06-25T10:04:49Z-
dc.date.issued2009-
dc.identifier.citationMuscat, N. (2009). Meta ghabet l-Istilla tal-Fidda fl-Ghar ta' Betlehem (1847). Lehen l-Art Imqaddsa, 30(166), 05-11.en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58248-
dc.description.abstractL-istorja ta’ l-Art Imqaddsa hi marbuta ħaġa waħda ma’ l-istorja ta’ l-Ewropa Kristjana. Għalkemm ir-Rivoluzzjoni Franċiża tat daqqa ta’ giljottina lill-karattru Kristjan tal-kultura Ewropea, li saret waħda lajka jekk mhux ukoll anti-klerikali, b’effetti li għadna nħossuhom sallum, l-istorja tas-sekli ta’ qabel kienet waħda ta’ rabta intima bejn il-patrijiet Franġiskani fl-Art Imqaddsa u l-mexxejja politiċi tan-nazzjonijiet Kattoliċi ta’ l-Ewropa, partikolarment il-monarkiji ta’ Spanja u l-Portugal, il-monarkija u mbagħad repubblika ta’ Franza, il-monarkija tal-Belġju, il-monarkija ta’ Napli u Sqallija, il-fewdu ta’ l-istess renju li kienu jżommu l-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta, u r-repubbliki ta’ Genova u Venezia. Għidna kemm-il darba li ċ-Ċenaklu nxtara għall-Franġiskani mir-re Roberto d’Anjou ta’ Napli fl-1335. Dawn il-qawwiet politiċi kienu strumentali biex għenu lill-Franġiskani jżommu posthom fl-Art Imqaddsa, fi żmien meta kienu mheddin minn diversi perikli, fosthom l-inkursjoni Musulmana ta’ l-Imperu Tork-Ottoman, li ħakem il-Palestina għal 400 sena sħaħ (1517-1917). L-Imperu Ottoman kellu ċ-ċentru tiegħu fil-belt ta’ Kostantinopli (illum Istanbul). Malli t-Torok kienu ħakmu l-Palestina, is-sultan Mehmet II iddikjara li huma jagħrfu bħala rappreżentant uffiċjali tal-Kristjani fil-Palestina lill-Knisja Griega Ortodossa, li għandha l-Patrijarka Ekumeniku tagħha residenti f ’Kostantinopli. Dan kien ifisser li, għall-Franġiskani u għall-Knisja Kattolika (jew Latina) beda żmien iebes, u għaldaqstant il-Franġiskani kienu spiss jirrikorru għall-ambaxxaturi tal-pajjiżi Ewropej quddiem is-«Sublime Porta» ta’ Kostantinopli, biex jaqbżu għad-drittijiet tal-Kattoliċi kontra l-inkursjoni tal-Griegi Ortodossi, li sabu appoġġ doppjament, l-ewwelnett għax kienu ċittadini ta’ l-Imperu Ottoman, u t-tieni għax maż-żmien ġew protetti mill-Imperu taz- Tzar tar-Russja, f ’Moska. Hu f ’dan id-dawl li rridu naraw issa l-iżviluppi xejn sbieħ għall- Franġiskani fl-Art Imqaddsa matul is-seklu 19.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherKummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Maltaen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectChurch of the Nativity (Bethlehem) -- Historyen_GB
dc.subjectFranciscans -- Historyen_GB
dc.titleMeta ghabet l-Istilla tal-Fidda fl-Ghar ta' Betlehem (1847)en_GB
dc.typecontributionToPeriodicalen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.publication.titleLehen l-Art Imqaddsaen_GB
dc.contributor.creatorMuscat, Noel-
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Meta_ghabet_l-Istilla_tal-Fidda_fl-Ghar_ta_Betlehem_1847_2010.pdf267.21 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.