Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58333
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-06-26T08:05:33Z-
dc.date.available2020-06-26T08:05:33Z-
dc.date.issued2009-
dc.identifier.citationSchembri, G. (2009). Il-misterju tat-Trinita' qaddisa (5). Lehen l-Art Imqaddsa, 30(166), 41-46.en_GB
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58333-
dc.description.abstractSan Ġwann jitkellem ċar fuq il-karattru personali ta’ Kristu u ma nifhimx kif min iqis il-kitba tiegħu bħala ispirata u parti mill-Bibbja ma jammittix id-divinità ta’ Kristu. Kristu huwa l-Kelma (Logos=rivelazzjoni) li kien qabel kull żmien fi ħdan il-Missier; il-kelma griega “arkè” għandha tittieħed fis-sens ideali-traxxendentali = fl-eternità, kif hu Alla l-Missier. Kristu kien Alla (fl-oriġinal grieg = Theos=Alla bla artiklu ho; jiġifieri mhux biss divin, imma Alla fil-veru sens tal-kelma (Ġw 1, 1-2). Kollox sar bi Kristu u mingħajru ma sar xejn, u fih kienet il-ħajja. Il-prologu tar-raba’ evanġelju (Ġw 1,1-18) , kif ukoll l-ewwel ittra ta’ Ġwanni (1,1-3.14) u l-Apokalissi (1,16) jgħallmu ċar il-persuna divina ta’ Kristu li tingħata titli divini. Hu l-Alfa u l-Omega, il-Bidu u t-Tmiem. Min jara l-għemil ta’ Kristu għandu jemmen li hu persuna distinta mill-Missier u li hu Alla; hekk fehmu tajjeb il-Lhud li riedu joqtluh (Ġw 10, 37-39). L-appostlu Tumas, meta ra lil Ġesù Rxoxt, qallu: Mulej tiegħi, u Alla tiegħi. U Ġesù qallu: Emmint għax rajtni? Imberkin dawk li ma rawx u emmnu (Ġw 20,28-29). Is-seba’ mirakli li hemm fir-raba’ evanġelju kollha nkitbu bil-għan li juru l-persuna divina ta’ Kristu. Min jaqrahom tajjeb u jkollu rieda tajba ma jistax ma jemminx li Kristu hu persuna distinta minn dik tal-Missier u li hu Alla.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherKummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Maltaen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectBible. John -- Criticism, interpretation, etc.en_GB
dc.subjectBible. Acts -- Criticism, interpretation, etc.en_GB
dc.subjectHoly Spiriten_GB
dc.subjectHoly Spirit (Judaism)en_GB
dc.titleIl-misterju tat-Trinita' qaddisa (5)en_GB
dc.typecontributionToPeriodicalen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.publication.titleLehen l-Art Imqaddsaen_GB
dc.contributor.creatorSchembri, Gwido-
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-misterju_tat-Trinita_qaddisa_5_2009.pdf279.82 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.