Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5869
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2015-10-27T15:37:16Z
dc.date.available2015-10-27T15:37:16Z
dc.date.issued2012
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5869
dc.descriptionB.A.(HONS)MALTESEen_GB
dc.description.abstractDin it-teżina tistħarreġ il-ħidma letterarja ta' Indri Schembri (1805-1872) fil-qafas tat-tradizzjoni letterarja Ewropea u Maltija, b'enfasi partikolari fuq l-innijiet miġbura fil- Ġemgħa ta‘ Kliem Imqaddes, miktuba biex jiġu reċitati mill-emigranti Maltin tal-Alġerija. Il-kitba tal-Ġiżwita Indri Schembri tagħmel parti mill-istorja tal-poeżija reliġjuża Maltija. Huwa magħruf li Schembri kien attiv ħafna fost l-eluf ta' emigranti Maltin fl-Alġerija. Fil-fatt, il-kitba tiegħu kellha l-għan li tipprovdi lill-komunità Maltija fl-Alġerija ġabra ta' għanjiet li bihom tkun tista' tipparteċipa b'mod attiv fil-ħajja liturġika. L-għanja tiegħu, ta' xeħta popolari, tħaddem il-vuċi kollettiva li tinstema' bħallikieku f'kor. Fuq kollox, waqt li jwassal b'mod sempliċi u bi ħsieb lineari d-duttrina nisranija permezz tal-użu ta' kliem familjari u naturali, Schembri ried li jiżvolġi l-irwol ta' għalliem morali, bħalma kien is-saċerdot fil-kuntest tar-Romantiċiżmu Kristjan. Il-versifikazzjoni tiegħu kellha għan duttrinali. F'dan l-isfond il-poeta jsir edukatur morali tas-soċjetà. Fl-istess waqt, ried iħeġġeġ lill-emigranti Maltin fil-fidi u dan seta' jagħmlu billi juża l-ilsien nattiv, anke għaliex il-ġemgħa kienet waħda illitterata u nieqsa mill-edukazzjoni formali. Il-kitba tiegħu ma kellhiex skop letterarju fiha nnfisha iżda kellha tkun kitba ta' arti li taqdi lill-poplu u tedukah: jiġifieri skop għalkollox extra-letterarju. Sabiex ix-xogħol ta' Schembri jista' jiġi valutat irid ikun inkwadrat fl-isfond storiku tas-seklu 19 u għalhekk il-versi tiegħu għandhom siwi storiku għaliex huma bikrija meta mpoġġija fil-kuntest tal-poeżija miktuba bil-Malti. Barra minn hekk trid titqies ukoll l-istorja tal-poeżija reliġjuża Ewropea u fuq kollox dik Maltija sabiex ma tingħatax biss ħarsa sinkronika iżda wkoll waħda dijakronika.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/restrictedAccessen_GB
dc.subjectSchembri, Indri, 1805-1872en_GB
dc.subjectReligious poetry, Malteseen_GB
dc.subjectMaltese poetry -- 19th centuryen_GB
dc.titlePatri Indri Schembri u l-poezija religjuza sas-seklu 19en_GB
dc.typebachelorThesisen_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder.en_GB
dc.publisher.institutionUniversity of Maltaen_GB
dc.publisher.departmentFaculty of Arts. Department of Malteseen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorCiantar, Mark
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL006.pdf
  Restricted Access
9.12 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.