Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59056
Full metadata record
DC FieldValueLanguage
dc.date.accessioned2020-07-27T09:12:29Z-
dc.date.available2020-07-27T09:12:29Z-
dc.date.issued2016-
dc.identifier.citationVassallo, M. T. (2016). Għalfejn u kif beda kollox. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 9-28). Mosta: Parroċċa Marija Assunta.en_GB
dc.identifier.isbn978-99957-0-945-7-
dc.identifier.urihttps://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59056-
dc.description.abstractL-Oratorju Qalb ta' Ġesu beda jiffunzjona fi Triq il-Kungress Ewkaristiku min-nofs Ġunju 1914 'il quddiem. Kien iċ-ċentru speċjalizzat tal-katekeżi minn fejn it-tfal Mostin bdew jitħejjew biex jirċievu s-sagramenti tal-qrar, tqarbin u griżma tal-Isqof. Bil-kontra ta' dak li jiġri llum, dak iż-żmien ma kienx hemm eta fissa meta t-tfal jersqu għas-sagramenti, anzi kien hemm taħlit gwapp ta' etajiet. Kienet ukoll drawwa antika li t-tfal jitressqu għall-ewwel tqarbina filgħodu u għall-griżma tal-Isqof waranofsinhar fl-istess ġurnata, waqt li l-ewwel qrara kienet tkun amministrata xi ġimġħa jew tnejn qabel. Bil-mod il-mod bdiet dieħla ċerta mentalita li fil-ħwejjeġ tal-fidi m'għandniex nikkuntentaw bil-medjokrita u l-injoranza, imma li l-għarfien u l-approfondiment kienu meħtieġa biex tassew iż-żgħażagħ isiru 'suldati ta' Kristu'. Il-mewġiet ta' ideat sekulari u rivoluzzjonarji li ma kinux sinkronizzati mal-fehmiet u l-prattiċi tal-Knisja kienu diġa' bdew jilħqu lil xtutna u għalhekk kien jinħass aktar minn qatt qabel il-bżonn li t-tagħlim tad-duttrina jkun meħud bis-serjeta. Fl-Oratorju bdew jinġemgħu ċorom ta' tfal li fi ħdanu sabu għajn ta' edukazzjoni reliġjuża taħt għajnejn il-kleru u wkoll ta' lajċi impenjati. Imma din l-oażi ta' paċi fil-qalba tal-Mosta ma kinitx qiegħda tiffjorixxi ġo vakum. Fl-Ewropa u lil hinn minnha kien beda d-dulur tat-trunċieri tal-Ewwel Gwerra Dinjija. Miljuni ta' suldati ta' imperi qodma u stati ġodda kienu qegħdin imutu fit-tajn u l-miżerja. Għall-ewwel darba fl-istorja millenarja tal-gwerra, l-ajruplan kien beda jintuża bħala arma tal-qerda flimkien mal-forzi tradizzjonali tal-infanterija u navali.en_GB
dc.language.isomten_GB
dc.publisherMosta : Parroċċa Marija Assuntaen_GB
dc.rightsinfo:eu-repo/semantics/openAccessen_GB
dc.subjectOratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta)en_GB
dc.subjectSalomone, Edgar, 1882-1969en_GB
dc.subjectIsouard, Nicolò, 1773-1818en_GB
dc.subjectSoċjetà Filarmonika Nicoló Isouard (Mosta, Malta)en_GB
dc.titleL-ewwel snin fi Triq il-Kungress Ewkaristikuen_GB
dc.title.alternativeL-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħuen_GB
dc.typebookParten_GB
dc.rights.holderThe copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holderen_GB
dc.description.reviewedN/Aen_GB
dc.contributor.creatorVassallo, Mario Thomas-
Appears in Collections:L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
L_ewwel_snin_fi_triq_il_kungress_ewkaristiku.pdf1.6 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.