Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60203
Title: Il-pożizzjoni tal-Malti f'Malta
Authors: Borg, Albert J.
Mifsud, Manwel
Keywords: Maltese language
Bilingualism -- Malta
Issue Date: 2005
Citation: Borg, A. J., & Mifsud, M. (2005). Il-pożizzjoni tal-Malti f'Malta. Il-Malti, 77, 6-16
Abstract: F' Lulju ta' l-1992 kienet saret laqgħa ta' l-Esperti dwar il-Pjanijikazzjoni tal-Lingwa f'Malta, organizzata minn numru ta' istituzzjonijiet flimkien. Dawn kienu l-Moviment Ewropew, EBLUL (il-Bureau Ewropew għal-Lingwi Użati lnqas [Brussell]), l-Akkademja tal-Malti, l-lstitut tal-Lingwistikta fi ħdan l-Universita ta' Malta u l-Fondazzjoni għall-lstudji lnternazzjonali. Dak iż-żmien diġa kien hemm ċertu ferment minħabba l-kwistjoni tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Fil-kamp lingwistiku kien hemm min kien qed jinkwieta dwar il-possibbilta Ii l-Malti b 'xi mod ''jinbela'” minn lingwi ħafna ikbar minnu, Ii diġa kellhom l-istatus la' lingwi ufiċjali ta' l-Unjoni. Jekk illum ħafna minna għadhom isibuha ħaga diffiċli li jifhmu għaliex il-pajjiżi ta' l-Unjoni tant jinsistu fuq kwistjonijiet ta' identita kulturali u lingwistika, anki fil-każ ta' pajjiżi u lingwi zgħar bħalma huma tagħna, aħseb u ara dak iż-żmien meta bdejna nsiru iktar konxji mill-eluf ta' faċċati ta l-leġiżlazzjoni u ta' dokumenti burokratiċi u amministrattivi oħra Ii joħorġu kull sena mill-organi differenti ta' l-Unjoni: donnu tant konna konxji miċ-ċokon fiżiku tagħna, Ii qajla stajna nimmaġinaw Ii seta' jkollna rieda soda biżiejjed biex in-negozjati tas-sħubija ż-żewġ naħat jivvalorizzaw b 'mod sodisfaċenti l-wirt kulturali leġittimu tagħna u jipproteġuh. Issa Ii I-Malti huwa lingwa uffiċjiali ta' l-Unjoni Ewropea, faċli wieħed jinsa l-biża 'u l-qtigħ il-qalb li għaddejna minnhom f'xi mumenti aħna u nwieżnu l-għażliet Ii bdew ifiġġu fuq ix-xefaq politiku ta' dak iż-żmien. Billi d-diskorsli konna għamilna f' dik il-laqgħa qati Ma ġie ppubblikat, ħsibna Ii nippreżentawh hawnhekk minkejja l-mogħdija taż-żimien, u dan qed nagħmluh għal żewġ raġunijiet. Minn banda dan id-diskors fih punti Ii naħsbu Ii għadhom validi fis-sitwazzjoni tal-lum: ngħidu aħna, il-ħtieġa Ii nippjanaw għall-Malti u għall-Ingliż flimkien, l-importanza ta' l-analiżi u tar-riċerka biex insiru nafu aħjar u b 'iktar dettalji s-sitwazzjoni reali ta' l-użu tal-lingwa f’kull qasam tas-soċjeta; u fuq kollox, il-ħtieġa urġenti li titwaqqaf IstituzzJoni Nazzjonali għall-Pjanifikazzjoni Lingwistika. Forsi ma nkunux nimtlew bina nfusna meta naħsbu Ii s-sejħa li għamilna f' dan id-diskors kienet wieħed mill-ilħna Ii nstemgħu meta fl-aħħar, is-sena l-oħra, għaddiet il-Liġi mill-Parlament tagħna Ii twaqqqf il-Kunsill Nazzjonali tal-Malti. Mill-band a l-oħra, bil-mogħdija taż-żmien, iċ-ċirkustanzi nbidlu u d-dubju issa għeb, għax il-Malti issa ħa postu bħala lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, mhux bħala lingwa "inqas użata" kif forsi fehmu xi wħud f'dik il-Laqgħa ta' l-Esperti imma bħala l-lingwa nazzjonali ta' poplu sovran u ħerqan biex ikompli l-iżvilupp soċjali u kulturali tiegħu. Dan huwa t-test tad-diskors tagħna ta' dakinhar.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60203
Appears in Collections:Scholarly Works - FacArtMal

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_pożizzjoni_tal_Malti_f_Malta.pdf607.49 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.