Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60467
Title: Ħal Saflieni u l-omm il-kbira
Authors: Montebello, Pawlu
Keywords: Hypogeum (Paola, Malta)
Maltese poetry -- 20th century
Issue Date: 1981
Publisher: Ministeru tax-Xoghol, Kultura u Ghajnuna Socjali
Citation: Montebello, P. (1981). Ħal Saflieni u l-omm il-kbira. Valletta : Ministeru tax-Xoghol, Kultura u Ghajnuna Socjali
Abstract: Il-ktejjeb "Ħal, Saflieni u l-Omm il-Kbira" mhux xogħoI ta' arkeoloġi. Il-ktejjeb hu tifsira ta fehma, tnebbiha, jew basra, sejħulha kif tridu, mnissla f'moħħi bosta snin ilu. Biż-żmien, il-qari ta' kotba fuq l-arkeoloġija ta' ċiviltajiet qodma ħafna, wettaqni f'dan il-ħjiel tiegħi. Jiena bdejt inxebbaħ dak li naraw fl-għerien imħaffra b'sengħa hekk kbira f'Hal Saflieni, u. l-ħwejjeġ li nstabu fih, issa merfgħuha fil-Mużew arkeoloġiku tal-Belt, ma' dak li nkiteb dwar ix-xogħlijiet ta' l-arkeoloġija fil-Mesopotamja, fl-Eġittu, fl~lndja, u fiċ-Ċina. F'dan it-tixbih, daħal ukoll il-qari tal-Mitoloġija tal-Preistorja ta' dawk iċ-ċiviltajiet illi, jew huma qodma daqs, jew ftit inqas qodma miċ-ċiviltà awtoktona Maltija, li twieldet u kibret fil-Gżejjer tagħna, u ħallietilna l-imqades kbar tal-Ġgantija, Haġar Qim, Mnajdra,Hal Tarxien u fl-aħħar l-għerien mistura ta' Hal Saflieni. Mill-Preistorja nitgħallmu illi darba l-bniedmin ma kellhomx Allat oħra ħlief l-Omm il-Kbira. Il-qima ta' l-Omm il-Kbira rat il-bidu tagħha fil-Preistorja ta' Sumer, u minn hemm inxterdet kull fejn kien hemm bniedmin. Xbihat ta" l-Omm Wellieda bl-ilsien Għaqqadi ta' Sumer, Mu Għallita, jixbħu x-xbiegħat ta' l-Omm misjuba fl-imqades Maltin, fosthom il-Maqdes ta' Hal Saflieni, instabu wkoll fiċ-Ċina, fl-Indja, fl-Afrika, fis-Siberja, fil-Germanja, fl-Ungerija, u f'bosta nħawi oħra.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60467
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCWHMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ħal_Saflieni_u_l_omm_il_kbira.pdf
  Restricted Access
17.16 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.